DIRETT: Iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Ministri l-ġodda fil-KabinettDIRETT: Iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Ministri l-ġodda fil-Kabinett
Posted by Television Malta on Monday, November 23, 2020
Illum saret iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Ministri l-ġodda fil-Kabinett, wara li l-Gvern ħabbar reshuffle fil-Kabinett nhar is-Sibt li għadda.
Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton taħt il-patroċinju tal-President George Vella.
Fost l-uċuħ il-ġodda fil-Kabinett, hemm Miriam Dalli li qed tinħatar Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u Clyde Caruana bħala Ministru tal-Finanzi u x-Xogħol.
Din ir-reshuffle rat lil Justyne Caruana tirritorna fil-Kabinett wara li rriżenjat f’Jannar li għadda. Hija saret Ministru għall-Edukazzjoni minflok Owen Bonnici. Il-portafoll ta’ Bonnici nbidel għal dak ta’ Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19.

Clayton Bartolo, li kien Segretarju Parlamentari, ingħata l-Ministeru tat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Julia Farrugia Portelli, li kienet Ministru tat-Turiżmu, issa hija Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.

Kien hemm ukoll xi tibdil fil-portafolli ta’ Ministri oħrajn fil-Kabinett.