Filmat: Il-ħatra ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nħatar Kap tal-Oppożizzjoni f''ċerimonja llejla fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta. 
Il-ġurament ingħata mill-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Huwa kien akkumpanjat minn martu u l-ħames uliedu, kif ukoll il-ġenituri tiegħu
Fl-ewwel kummenti tiegħu lill-ġurnalisti bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia saħaq li bħala Kap tal-Oppożizzjoni se jkun qed jara li tkun Oppożizzjoni li tiskrutinja l-Gvern. 
Saħaq li l-Gvern għandu l-obbligu li jsarraf il-ġid f'għajxien aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi. Żied jgħid li Gvern b'maġġoranza kbira ma jfissirx li jista' jikkalpesta lin-nies.
Dr Delia ħa l-ġurament bħala deputat Nazzjonalista nhar l-Erbgħa li għaddiet. 
Biex Adrian Delia seta' jidħol fil-Parlament, ċedielu s-siġġu Jean Pierre Debono. Wara li saret elezzjoni każwali, tela' Peter Micallef, li ċeda s-siġġu għal Delia, ftit wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari.
Il-Forum Unions Maltin jawgura lill-Kap tal-Oppożizzjoni
Fi stqarrija Il-Forum Unions Maltin ferħet lil Dr Delia għall-ħatra tiegħu u qalet li temmen li f’Malta hawn il-ħtiega ta’ Oppozzizjoni aktar b’saħħitha fl-interess tad-demokrazija.
L-ewwel kummenti ta' Delia