Follow Up: Il-ħabs għandu jkun post ta’ kastig jew ta’ riforma?

Int x’taħseb? Il-ħabs għandu jkun post ta’ kastig jew ta’ riforma? Taħseb li int u l-kumplament tas-soċjetà tmorru aħjar jekk ngħinuhom ibiddlu ħajjithom u jpattu bit-tajjeb għall-ħsara li jkunu għamlu lil ħaddieħor? Follow Up ta’ nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Diċembru 2018 bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmarà se jiddiskuti dan kollu u aktar.

Mistednin: Is-Sur George Busuttil mill-għaqda ‘Mid-Dlam Għad-Dawl’ u Patri Franco Fenech, wieħed mill-fundaturi tal-Fondazzjoni ‘RISe’.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.