Filmat: €930 fis-sena aktar għall-familji – il-PM

LIVE | Maltin b’Saħħitna ’l Quddiem - Konferenza tal-aħbarijiet wara l-qari tad-diskors tal-Baġit 2021 🇲🇹 #MaltinbSaħħitnalQuddiem #maltabudget21

LIVE | Maltin b’Saħħitna ’l Quddiem - Konferenza tal-aħbarijiet wara l-qari tad-diskors tal-Baġit 2021 🇲🇹#MaltinbSaħħitnalQuddiem #maltabudget21

Posted by MaltaGov on Monday, October 19, 2020

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li l-Gvern tiegħu għandu “ruħ soċjali” għaliex qal li l-familji se jkollhom aktar minn xahar ieħor dħul permezz ta’ diversi inċentivi. Huwa kkalkula li l-familji se jkollhom €930 aktar fis-sena. Semma wkoll l-inċentiva għaż-żgħażagħ li jkomplu jistudjaw fejn il-Gvern se jħallsilhom sena internet b’xejn.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-baġit, il-Prim Ministru qabbel dak li għamel il-Gvern Laburista ma’ dak li għamel fl-aħħar leġislatura ta’ Gvern Nazzjonalista. Qal li l-Partit Nazzjonalista wiegħed li jagħti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti filwaqt li Gvern Laburista ta lill-pensjonanti tliet darbiet dik tal-għoli tal-ħajja.

Qal li Gvern Laburista ġab aktar investiment barrani minn Gvernijiet Nazzjonalisti.

Spjega li permezz tas-surplus li sar fl-aħħar snin, il-Gvern jista’ jerġa’ jonfoq din is-sena biex jagħti aktar lin-nies.

Baġit 2021 – Xi jfisser għalik?

Dwar il-wegħda elettorali tal-PL għaż-żieda fil-pensjoni għal €8 fil-ġimgħa sal-aħħar ta’ din il-leġislatura, il-PM qal li sas-sena d-dieħla din se tkun żiedet għal €11 fil-ġimgħa.

Dwar l-infrastruttura, il-PM tkellem dwar skemi li se joħorġu mill-Malta Enterprise. Stqarr li jekk ikun hemm il-bżonn dawn il-miżuri jiżdiedu aktar ‘il quddiem tul is-sena 2021.

FIl-konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-PM qal li d-data ta’ meta jkun hawn vaċin kontra l-pandemija dejjem qed toqrob. Sostna li Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi li se jkollha dan il-vaċċin.

Miguela Xuereb

Fakkar ukoll fil-proposta tal-Wage Supplement li se tibqa’ tingħata sa mill-anqas sa Marzu 2021 li sejjħilha bħala “l-aqwa tarka li qatt uża Gvern biex jipproteġi lill-ħaddiema”.

“Kburi b’pajjiżi” – il-PM qal li huwa kburi bil-Maltin u l-Għawdex għaliex qal li n-negozji għamlu l-mirakli għax minflok keċċew lill-ħaddiema, Malta saret l-aktar pajjiż bl-anqas rata ta’ qgħad.

Il-PM temm jgħid li dan kien l-aqwa baġit ta’ Gvern Laburista.

Erġa’ segwi d-diskors tal-Baġit 2021
BAĠIT 2021: Id-diskors LIVE mill-Parlament