“Follow Up” tas-Sibt, 16 ta’ Ġunju, 2018, mill-10 am sal-11.00 am, bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’, se jkun qed jiddiskuti kif fl-Ewropa, 1 fil-mija taċ-ċittadini jgawdu 40 fil-mija tal-ġid ekonomiku. Sadattant, 40 fil-mija taċ-ċittadini Ewropej igawdu biss minn 1 fil-mija tal-ġid. L-inugwaljanzi kibru. Kif inhi s-sitwazzjoni f’Malta? – Il-ġid li qed jinħoloq permezz tas-suċċess ekonomiku, min qed igawdi minnu?
Mistednin fl-istudio: Is-Sur Joe Gerada u l-Perit Simone Vella Lenicker.
