Filmat: Il-Funeral ta’ Patri Victor Enriquez li miet fil-bajja tal-Exiles

Read in English.

Posted by Madonna tal-Karmnu Balluta on Wednesday, July 1, 2020

Dalgħodu qed isir il-funeral ta’ Patri Victor Enrique wara li dan miet fl-età ta’ 75 sena fil-bajja tal-Exiles. Il-Funeral qed isir fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta.

Patri Enriquez tilef ħajtu l-Erbgħa li għadda wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum. Huwa ttella’ mill-baħar minn xi persuni li kienu fl-akkwati meta nnutawh wiċċu ‘l isfel fl-ilma.

Patri Enriquez twieled fit-30 ta’ April tal-1945, fi tmiem it-tieni gwerra dinjija, il-Belt Valletta. Fl-1963 daħal mal-Karmelitani u ġie ordnat saċerdot fil-5 ta’ Settembru 1971. Meta sar saċerdot beda l-ħidma tiegħu maż-żghażagh. L-ewwel mal-abbatini imbagħad kien fetaħ il-Carmelite Youth Centre ġewwa l-Balluta.

Għal diversi snin kuljum kien iwassal l-istudenti il-Kullegg ta’ Mount Carmel College, Santa Venera u wara jerġa’ jwassalhom id-dar tagħhom. Fr Victor kien iħobb il-Malti u l-ġurmaliżmu u għal xi snin kien l-editur tar-rivista Il-Karmelu.

Għal diversi snin kien il-kappilann tal-ajruport Internazzjonali ta’ Malta. U jekk kont tistaqsih liema kienet l-isbah esperjenza tieghek fl-Ajruport żgur li kien jgħidlek iż-żjara tal-Papa San Gwanni Pawlu Tnejn. Għamel żmien jieħu ħsieb il-knisja parrokjali tal-Balluta u fost affarijiet oħra, kien għamel il-mant il-kbir tal-istatwa tal-Madonna li jintuża fi żmien il-festa u li store tal-knisja. Għal bosta snin kiem imur iqaddes id-Dar tal-Providenza, Siġġiewi u anke f’xi postijiet oħra.