Filmat: Il-funeral ta’ Hugo Chetcuti

LIVE: Jintemm il-funeral ta’ Hugo ChetcutiId-dettalji: http://bit.ly/2Jy5nkF

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, July 19, 2018

LIVE: Jasal it-tebut sabiex jibda l-funeral ta’ Hugo ChetcutiId-dettalji: http://bit.ly/2Jy5nkF

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, July 19, 2018

Illum sar il-funeral ta’ Hugo Chetcuti, l-intrapreditur li tilef ħajtu fil-11 ta’ Lulju wara li spiċċa vittma ta’ daqqtejn ta’ sikkina fis-6 ta’ Lulju.

Waqt l-omelija, il-Kappillan tal-Paroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, Dun Marc Andrè Camilleri qal li l-Knisja qatt ma kienet daqshekk mimlija. Sostna li t-talba għall-ħniena ta’ Alla hija talba li għandu jagħmel kulħadd u mumenti bħal dawn ifakkruna propju f’hekk.

Qal li Hugo kien raġel li bena imperu imma ma kienx trux għall-persuni li kellhom bżonn l-għajnuna. Irrimarka li minkejja dan xorta kellu l-fraġilitajiet tiegħu. Spjega li aktar kemm il-bnedmin qed jikbru fil-prosperità, aktar id-dinja qed issir vjolenti u krudili.

Bojan Cmelik ta’ 35 sena mis-Serbja issa qed jiġi akkużat bl-omiċidju volontarju, kif ukoll li attakka jew ħebb fuq forzi tal-ordni, li ma obdiex l-ordnijiet mgħotijja lilu u li kellhu arma bil-ponta.

Ilbieraħ bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia.