Filmat: Schembri jirrifjuta li jagħti l-password; l-uffiċċju ssiġġilat bla Pulizija

Miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Fenech

Miguela Xuereb

LIVE: Yorgen Fenech ħiereġ mill-Qorti

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, December 23, 2019

Xi spikka llum?

  • Skont l-Ispettur Keith Arnaud, il-Pulizija ma kinux preżenti meta l-uffiċċju ta’ Keith Schembri f’Kastilja ġie ssiġillat. Dan ġie ssiġillat mill-OPM stess. Id-deċiżjoni ttieħdet minn Kastilja.
  • Keith Schembri rrifjuta li jagħti l-password tal-cloud – Arnaud
  • L-Ispettur Arnaud ma jiftakarx x’qallu Keith Schembri meta staqsieh FEJN, META u KIF tilef il-mowbajl
  • L-Ispettur Arnaud mhux infurmat jekk sarx rapport dwar il-mowbajl mitluf ta’ Keith Schembri
  • Il-Maġistrat: Schembri ntalab jerġa’ jmur l-Għassa u jħalli l-mowbajl jekk isibu? Arnaud: Le, għadna qed ninvestigaw inkluż it-tfittxija għall-mowbajl
  • Miċħuda t-talba għall-ħarsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech
  • Jingħataw id-dettalji xi nstab fl-uffiċċju, fuq il-jott u fir-residenza ta’ Yorgen Fenech
13:57 Tintemm is-seduta tal-lum. Il-kawża tkompli fit-30 ta’ Jannar u forsi anke fis-7 ta’ Frar. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
13:54 Il-Qorti tgħid li hemm biżżejjed evidenza biex Yorgen Fenech jitpoġġa taħt att ta’ akkuża.
Christoph Schwaiger
13:53 Tidħol il-Maġistrat.
L-applikazzjoni saret fit-18 ta’ Diċembru.
Il-Maġistrat tgħid li ħadet nota tal-oġġezzjonijiet mill-Kummissarju u mill-Avukat Ġenerali. Ħadet ukoll nota taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, inkluż il-possibilità tat-tbagħbis tal-provi u l-possibilità li jkun hemm rewwixta ċivili. It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.
Christoph Schwaiger
13:50 Il-Maġistrat tiddelibera dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Christoph Schwaiger
13:49 Galea Farruiga qal li dwar it-tbagħbis tal-evidenza, “kif rajna oħrajn ippruvaw ibagħbsu bl-evidenza, u tabib.”
Christoph Schwaiger
13:48 Caruana Curran jgħid li ma kellux kumpaniji attivi barra minn Malta. “Jekk tafu b’xi kumpanija għidulna,” qal Caruana Curran.
Christoph Schwaiger
13:47 Caruana Curran jgħid li l-mara u t-tfal ta’ Fenech telqu minn Malta għal ħmistax sakemm ikkalmaw l-affarijiet. Fenech kien lest li jħallas għall-għassa mill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
13:43 Galea Farrugia jgħid li kien hemm chats estensivi bejn Fenech, zijuh Ray, u l-kaptan li għadhom iridu jiġu investigati. Żied jgħid li għadha trid tiġi ivverifikata.
Christoph Schwaiger
13:42 Galea Farrugia qal li ma kienx hemm dubju li Fenech ġab ruħu tajjeb waqt li kien fuq il-police bail. Qal ukoll li kien qed jistenna maħfra dak iż-żmien. Qal li dwar il-‘ħarba’ il-kaptan kien qal ċar li Fenech ma kienx se jirritorna lura miegħu.
Christoph Schwaiger
13:40 Galea Farrugia jgħid li Fenech talab għall-għassa fissa għax kien qed jibża’ għal ħajtu. Żied jgħid li kellu uffiċjal tal-pulizija li prattikament kien qed jgħix miegħu.
Christoph Schwaiger
13:38 Galea Farrugia jgħid li Fenech kellu diversi kumpaniji madwar id-dinja li kienu qed jiġu investigati. Fenech interrompa u qal li ma kienx veru. Qabel, Caruana Curran qal li l-kumpaniji barranin kienu magħluqa.
Christoph Schwaiger
13:37 Dr Galea Farrugia jgħid li meta ġie arrestat Fenech il-mara tiegħu u t-tfal telqu lejn ir-Renju Unit. Fenech qal li dawn qegħdin lura Malta. Meta ġie arrestat Fenech, ħuh telaq minn Malta b’katamaran.
Christoph Schwaiger
13:35 Caruana Curran jgħid li l-protesti ma kenux kontra Fenech imma kontra l-Gvern u l-korruzzjoni f’Malta.
Christoph Schwaiger
13:33 Camilleri tagħmel is-sottomissjonijiet għall-ħelsien mill-arrest. Dwar ix-xhieda tgħid li dawk l-aktar kruċjali huma tat-tliet allegati qattiela li jinsabu fil-ħabs, u Theuma li ngħata maħfra u li diġà xehed parzjalment. Camilleri tgħid li l-evidenza tiegħu diġà ġiet ippreżervata u li jekk jiddeċiedi jbiddel il-verżjoni tiegħu dejjem kien hemm il-maħfra presidenzjali.
Christoph Schwaiger
13:30 Dr Camilleri tkellmet dwar il-mowbajl ta’ Fenech. Tgħid li għalkemm qed jingħad li dan ingħata lill-Europol, l-avukati tad-difiża ma setgħux jikkonfermaw dan.
Christoph Schwaiger
13:28 Camilleri titkellem dwar il-biża’ li jaħrab Fenech. Tgħid li Pulis ma kkonfermax jekk in-navigational equipment kienx mixgħul. Tistaqsi għalfejn dan ma ġiex investigat. Tgħid li l-impressjoni li riedet tagħti l-midja kien li Fenech ipprova jaħrab. Staqsiet għalfejn persuna li kienet qed taħrab tieħu magħha biss €7,000.
Christoph Schwaiger
13:24 Camilleri tirreferi għax-xhieda tal-uffiċjali tal-Pulizija li qalu li Fenech kien ikkoopera matul il-police bail diversi drabi. Tgħid li obda l-ordnijiet kollha anke meta ma kienx taħt arrest.
Christoph Schwaiger
13:22 L-AĠ joġġezzjona għall-ħelsien ta’ Fenech minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ. Camilleri tistaqsi x’inhuma dawn iċ-ċirkostanzi. Tgħid li filwaqt li kien hemm urġenza biex jitressaq Fenech il-Qorti, id-difiża temmen li hemm persuni oħra ta’ interess li għadhom ma tressqux.
Christoph Schwaiger
13:21 Wara pawża qasira, Marion Camilleri bdiet is-sottomissjoni dwar il-ħelsien mill-arrest. Tgħid li r-reati kollha huma serji imma li xorta tapplika l-preżunzjoni tal-innoċenza, anke fil-każ ta’ Fenech.
Christoph Schwaiger
13:15 Arnaud: Iva, insejt. Staqsejnieh dwar il-password tal-cloud, imma rrifjuta li jagħtihulna. Qal li ma riedx jagħmel dan għax kien hemm “affarijiet sensittivi marbutin max-xogħol" tiegħu. L-espert tal-Qorti ried il-password għax ma setax jaċċessa l-informazzjoni kollha dwar Schembri.
Christoph Schwaiger
13:13 Azzopardi: Staqsejt lil Schembri għall-passwords?
Christoph Schwaiger
13:13 Mistoqsi dwar jekk il-Pulizija hix qed tipprova tikkonferma d-dettalji fin-nota, Arnaud jikkonferma li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Żied jgħid li kienu qed jinvestigaw imma li żelqulhom ħafna affarijiet.
Christoph Schwaiger
13:11 Arnaud jgħid li kien hemm żewġ messaġġi li ġew mgħoddija lil Fenech. Dr Vella kkonferma nota waħda biss. Qal li ma kien jaf xejn dwar it-tieni waħda.
Christoph Schwaiger
13:09 Arnaud jiftakar l-interrogazzjoni ta’ Dr Vella. Arnaud jgħid li t-tabib qal li f’ħin minnhom il-pulizija waqfu jħabbtu mal-bieb ta’ tiegħu u deher li kienu telqu. Meta reġgħu ġew lura ċempel lil Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
13:07 Arnaud jgħid li Dr Vella qal lill-Pulizija li kien ċempel lil Keith Schembri waqt li l-pulizija kienu qed jistennew barra l-bieb tiegħu.
Christoph Schwaiger
13:06 Arnaud jikkonferma li Dr Vella kellu mowbajl fuqu. Waqt l-interrogazzjoni l-Pulizija talbet għall-mowbajl tiegħu. Qalilhom li kien neħħa kull informazzjoni mill-mowbajl. Il-WhatsApp ġie installat mill-ġdid.
Christoph Schwaiger
13:04 Arnaud: Naħseb li t-tabib ma ġiex arrestat id-dar tiegħu. Ġie arrestat fid-Depot.
Christoph Schwaiger
13:04 Dr Azzopardi jkompli bil-kontro-eżami. Jistaqsi dwar l-arrest ta’ Dr Vella.
Christoph Schwaiger
13:02 Caruana Curran jistaqsi dwar min kien preżenti għal-laqgħa tal-kabinett meta ġiet diskussa t-talba għall-maħfra presidenzjali ta’ Fenech. Il-Maġistrat tgħid li dan mhux relevanti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda.
Christoph Schwaiger
13:01 Arnaud (jikkwota r-recording): ‘Dak għandu lil Valletta u lil Arnaud iċemplulu għax-xiħ’. Jispjega li fehem li ‘ix-xiħ’ kienet referenza għall-Prim Ministru. Żied jgħid li kien ikun fil-laqgħat.
Christoph Schwaiger
12:59 Arnaud: Iva jaħdmu Kastilja. Jissemmew fir-recordings. Fenech kien qed jgħid lil Theuma dwar brief f’Kastilja meta Vincent Muscat beda jikxef.
Christoph Schwaiger
12:57 Caruana Curran: U dwar it-tapes? Kien hemm referenza għal “Kenneth” li wara ġie identifikat bħala Camilleri. Fejn jaħdem? U Craus? Inkun korrett li ngħid li Keith Schembri, Kenneth, u Craus, it-tlieta li huma jaħdmu Kastilja? U hemm referenza għal “ix-xiħ”?
Christoph Schwaiger
12:55 Caruana Curran jistaqsi lil Arnaud jekk Theuma marx għand Fenech jew viċi-versa. Arnaud jgħid li dan jiddependi għax hemm ċirkostanzi differenti.
Christoph Schwaiger
12:54 It-tfittxija mill-Pulizija eventwalment saret fil-5 ta’ Diċembru. Il-Europol ma kinitx preżenti għat-tfittxija fl-OPM.
Christoph Schwaiger
12:53 Arnaud jispjega li tkellem maċ-Chief of Staff il-ġdid Mark Farrugia. Qal li Farrugia qallu li ssiġilla l-post meta ħarġet l-aħbar tal-arrest ta’ Schembri.
Christoph Schwaiger
12:52 Arnaud: Iva t-tfittxijiet saru aktar tard. Nies li jaħdmu l-OPM issiġillaw l-uffiċċju ta’ Schembri. Iċ-ċwievet kienu għand iċ-Chief of Staff il-ġdid. Id-deċiżjoni biex jiġi ssiġillat l-uffiċċju ta’ Schembri ttieħdet minn Kastilja. Sirt naf wara l-laqgħa tal-Kabinett fit-28 ta’ Novembru. Kont preżenti għal-laqgħa tal-Kabinett.
Christoph Schwaiger
12:52 Caruana Curran: Illum rajna li saret tfittxija fl-uffiċini ta’ Fenech u li kien hemm għassa fissa. Għamiltu l-istess mal-uffiċċju tal-OPM ta’ Schembri? It-tfittxijiet saru fl-istess jum tal-arrest tiegħu?
Christoph Schwaiger
12:51 Arnaud: Iltqajt miegħu Kastilja għall-ewwel darba.
Christoph Schwaiger
12:51 Caruana Curran: Dan għax inti kont qrib Schembri?
Christoph Schwaiger
12:51 Arnaud: Le din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi. Din kienet l-ewwel żjara tiegħi Kastilja.
Christoph Schwaiger
12:50 Caruana Curran: Huwa normali li l-Assistent Kummissarju Valletta tneħħa u li ma kienx mibdul minn Assistent Kummissarju ieħor? U minflok inti dħalt fiż-żarbun tiegħu?
Christoph Schwaiger
12:50 Ħadd ma daħal minflok Valletta meta dan tneħħa mill-investigazzjoni. Arnaud qal li mbagħad kien jiftiehem mal-Kummissarju.
Christoph Schwaiger
12:39 Caruana Curran jistaqsi dwar iċ-chain of command. Kien hemm l-Assistenti Kummissarji Silvio Valletta, Kevin Farrugia, Michael Mallia, u l-Ispettur Kurt Zahra.
Christoph Schwaiger
12:37 Arnaud jgħid li Dr Vella kellem lil Schembri dakinhar tal-arrest, ftit sigħat qabel l-arrest ta’ Schembri.
Christoph Schwaiger
12:37 Caruana Curran: Staqsejt lil Schembri fejn, meta, u kif tilef il-mowbajl?
Arnaud: Ma niftakarx
Maġistrat: Investigajtu biex tara jekk hux vera ntilef?
Arnaud: Għadna qed ninvestigaw
Christoph Schwaiger
12:36 Arnaud jipprovdi ftit dettalji. Joqgħod attent biex ma jipperikolax l-investigazzjonijiet b'dak li jgħid
Christoph Schwaiger
12:33 Arnaud: L-investigazzjonijiet dwar Schembri għadhom għaddejjin, inkluż it-tfittxija għall-mowbajl.
Maġistrat: Schembri ntalab jerġa’ jmur l-Għassa u jħallilhom il-mowbajl jekk isibu?
Arnaud: Le, għax qed nippreparaw affarijiet oħra dwar Schembri
Caruana Curran: Sar rapport dwar il-mowbajl mitluf?
Arnaud: M'iniex infurmat
Caruana Curran: X’għamiltu biex issibu l-mowbajl? Staqsejtu lis-Servizzi Sigrieti? Ippruvajtu l-find my iPhone?
Christoph Schwaiger
12:33 Caruana Curran jitlob li jsir il-kontro-eżami ta’ Arnaud li ġie sospiż il-ġimgħa l-oħra. Jistaqsi dwar il-mowbajl ta’ Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
12:25 Caruana Curran: Keith Schembri ssemma minn Theuma meta ġie arrestat?
Vella: Meta nfetħet il-kaxxa kien hemm ritratt. Schembri ssemma. Theuma ġie mistoqsi “Min hi din il-persuna?”
Arnaud: Meta u fliema kuntest issemma Schembri?
Vella: Theuma ġie arrestat fil-10:45am. Wara, fil-preżenza tal-maġistrat issemma Schembri. Ma tantx qal.
Maġistrat: Ma qallekx x’kien hemm fil-kaxxa hux hekk?
Vella: Ma qalx x’kien hemm fil-kaxxa. Ma staqsejtux. Jiena kemm issiġġillajt il-kaxxa mill-ewwel.
Christoph Schwaiger
12:22 Dr Jason Azzopardi jistaqsi lil Vella dwar min kien jaf bid-data tas-16 ta’ Novembru. Vella jgħid li kienu jafu Arnaud, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla, il-Europol, is-Servizzi Sigrieti Maltin, u s-Supretendent Raymond Aquilina.
Christoph Schwaiger
12:19 Il-kaxxa nfetħet quddiem dawn kollha. Kien fiha tliet mowbajls, voice recorder, USB stick, u ritratti. L-oġġetti ġew issiġillati. L-apparat elettroniku ngħata lill-esperti tal-Europol. L-Ispettur jgħid li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
Christoph Schwaiger
12:17 Fil-kamra tal-interrogazzjoni tas-CID kien hemm il-Kummissarju, il-Maġistrat Gabriella Vella, il-pulizija, u esperti.
Christoph Schwaiger
12:17 Theuma immedjatament qallu dwar kaxxa tal-ġelat tal-plastic. Theuma ma riedx jitlaq il-kaxxa minn idejh imma mbagħad iddeċieda jħalliha f’idejn l-Ispettur. Dan żammha għall-bqija tal-ġurnata. Theuma qal li ried jiftaħ il-kaxxa quddiem il-Kummissarju, il-Maġistrat, u l-avukati tiegħu.
Christoph Schwaiger
12:13 Sab lil Theuma waħdu fil-karozza. Vella waqqfu u infurmah li kien qed jiġi investigat fuq suspett ta’ ħasil tal-flus, evażjoni tat-taxxa, u logħob tal-ażżard illegali.
Christoph Schwaiger
12:12 L-Ispettur beda jfittex għal Theuma f’Ħ’Attard u Birkirkara. L-Ispettur ingħata aġġornamenti frekwenti dwar il-movimenti ta’ Theuma.
Christoph Schwaiger
12:10 L-Ispettur beża’ li seta' jkun hemm tbagħbis tal-provi u ddeċieda li jaġixxi.
Christoph Schwaiger
12:09 L-Ispettur jiftakar li dak l-Erbgħa Theuma ma kienx ħadem mill-bini tas-soltu u li għamel arranġamenti biex jiġu trasferiti xi oġġetti.
Christoph Schwaiger
12:08 Vella jiftakar li informa lill-Maġistrat Inkwerenti Gabriella Vella
Christoph Schwaiger
12:06 Intgħażel is-Sibt 16 ta’ Novembru. Jgħid li dan għax nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt il-logħob tal-ażżard illegali jiġġenera l-aktar flus.
Christoph Schwaiger
12:05 Antiċipa li l-investigazzjoni kellha tkun lesta sal-aħħar ta’ Novembru.
Christoph Schwaiger
12:05 Vella investiga lil Theuma għall-ħasil tal-flus, logħob tal-ażżard illegali, u evażjoni tat-taxxa. Spjega li l-Europol kienet interessata fl-investigazzjoni.
Christoph Schwaiger
12:04 Vella rċieva rapport kunfidenzjali dwar Theuma li skatta l-investigazzjoni. Jiftakar li ġie infurmat li Theuma kien persuna ta’ interess fl-investigazzjoni fil-qtil, però kellu informazzjoni limitata.
Christoph Schwaiger
12:01 Jixhed l-Ispettur Nicholas Vella mit-taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus. Jixhed dwar l-investigazzjoni dwar Melvin Theuma.
Christoph Schwaiger
11:59 Waqt tfittxija fil-bar ġew sekwestrati: WiFI camera, iPhone, u kompjuter tal-Apple fost affarijiet oħra.
Christoph Schwaiger
11:59 Jelenka x’apparat elettroniku ttieħed mill-uffiċċju ta’ Fenech. Fosthom kien hemm: iPod, laptop, WiFi camera, iPod, mobile Blackberry. iPhone, laptop, mouse tal-Apple, u iMac.
Christoph Schwaiger
11:58 Jixhed kuntistabbli ieħor. Kien preżenti meta ġie arrestat Fenech fl-20 ta’ Novembru.
Christoph Schwaiger
11:53 Is-Surġent jgħid li meta kien mar ma’ Fenech Mater Dei, għall-ewwel stenna ġos-sala tal-operazzjonijiet. Wara ħareġ barra waqt li sar intervent qasir. Qal li seta’ jara mill-bieb tal-ħġieġ. Jgħid li Fenech ikkoopera mal-Pulizija.
Christoph Schwaiger
11:53 Instabet kamera żgħira fid-desk taċ-chairperson meta l-pulizija marru lura fit-22 ta’ Novembru mal-esperti tal-Europol li għamlu scan tal-uffiċċju.
Christoph Schwaiger
11:51 Jixhed Surġent tal-Pulizija. Jiftakar li Fenech kellu attakk ta' ansjetà meta kien fl-appartament tiegħu u ċempel lil Dr Vella li tah xi mediċina. Instab laptop fl-uffiċċju ta’ Fenech, laptop ieħor fl-uffiċċju tas-segretarja, u żewġ pendrives u SD card fil-kamra tal-konferenzi.
Christoph Schwaiger
11:48 Gianluca Caruana Curran jistaqsi lill-kuntistabbli jekk Fenech ikkoperax waqt li kien fuq police bail u waqt it-tfittxijiet. Il-kuntistabbli jgħid li Fenech dejjem obda l-ordnijiet. Il-kuntistabbli jgħid li "jekk konna ngħidulu joqgħod f’post meta konna nħossu li hemm periklu kien jobdi".
Christoph Schwaiger
11:45 Fit-23 ta’ Novembru l-kuntistabbli akkumpanja lil Fenech l-isptar għax kien qed iħoss uġigħ f’sidru għas-1pm. Ħareġ mill-isptar dakinhar stess. Il-kuntistabbli qal li baqa’ jistenna fil-vann meta Fenech mar l-isptar. Il-kuntistabbli jgħid li ssejjaħ il-Mellieħa għall-arrest ta’ Schembri fejn sab lill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra.
Christoph Schwaiger
11:42 Id-dokument tan-Nexia BT kien marbut ma’ feasibility study dwar skema tad-depożiti għax-xorb one-way.
Christoph Schwaiger
11:40 Fenech jinsab bilqiegħda bejn tliet gwardjani armati sew. Qatta’ l-maġġoranza tal-ħin tiegħu jħares lejn l-art.
Christoph Schwaiger
11:38 Fil-kamra tal-banju nstabu għadd ta’ business cards issiġillati. Qal li ġie infurmat li rreżenja mill-kumpanija jumejn qabel u li ma kienx hemm bżonnu għat-tfittxija. Il-Pulizija għamlet tfittxija fil-preżenza tal-financial controller.
Christoph Schwaiger
11:36 Instab laptop imgeżwer fil-cling film. Instabet internet key. Instabu s-€7,000 maqsumin fi tliet gruppi. Ġew elevati xi karti tal-bank.
Christoph Schwaiger
11:34 Il-kuntistabbli sab il-kartiera tal-kaptan – kellha €150 u dokumenti tal-identifikazzjoni
Christoph Schwaiger
11:34 Il-Maġistrat Neville Camilleri ffirma l-mandat tal-arrest li ġie muri lil Fenech minn Pulis skont il-kuntistabbli.
Christoph Schwaiger
11:32 Jixhed kuntistabbli tal-pulizija mill-iskwadra ta' kontra d-droga. Jgħid li ngħata ordni minn Pulis biex imur il-marina ta’ Portomaso. Jiftakar l-arrest tal-20 ta’ Novembru. Wasal fuq il-post għas-6.30am. Fuq il-jott Gio kien hemm uffiċjali tal-AFM, Fenech, u l-kaptan.
Christoph Schwaiger
11:29 Caruana Curran: Ġejt muri emails mill-kaptan Wood dwar bookings għat-tiswijiet?
Pulis: Hu ried, imma l-mobile kien għand l-esperti tal-Europol
Caruana Curran: Kemm instabu flus fuq il-jott? Miljuni kif kienet qed tgħid il-midja?
Pulis: Miljuni?! Instabu €7,000 fi flus kontanti
Caruana Curran: Ippreżentajt dokumenti b’rabta ma’ Wings Investment Ltd u Wings Development Ltd. Irriżulta li dawn id-dokumenti ma kinux għadhom operattivi?
Pulis: Ma kienx id-dmir tiegħi li niċċekkja
Christoph Schwaiger
11:29 Isir kontro-eżami mill-avukat Gianluca Caruana Curran. Pulis ġie mistoqsi jekk kienx mixgħul il-VHF u apparat elettroniku ieħor. Pulis jgħid li mhux persuna teknika imma li d-dashboard kien mixgħul.
Christoph Schwaiger
11:23 Dr Vella assista lil Fenech fl-20 ta’ Novembru u baqa’ miegħu mill-4pm sas-6pm. It-tabib reġa’ mar jara lil Fenech fl-24 ta’ Novembru. Il-pulizija kienu jersqu ‘l bogħod biex ikun jista’ jsir check-up fil-privat. Dakinhar, l-avukat Gianluca Caruna Curran kien preżenti.
Christoph Schwaiger
11:19 Fenech ġie skortat lejn il-lock-up fl-24 ta’ Novembru. It-tabib issejjaħ biex jarah id-dar fit-22 ta’ Novembru.
Christoph Schwaiger
11:17 Pulis jgħid li Arnaud infurmah li Fenech kellu kundizzjoni medika peress li kellu operazzjoni meta kien iżgħar. Pulis jgħid li ċempel lil Dr Vella meta ġie arrestat Fenech biex jara kellux bżonn assistenza.
Christoph Schwaiger
11:16 Arnaud jistaqsi lil Pulis jispjega x’tip ta’ sigurtà kien hemm fid-dar ta’ Fenech.
Christoph Schwaiger
11:14 Pulis jgħid li fuq ftehim mad-difiża, il-Pulizija ħadet ħsieb is-sigurtà ta’ Fenech waqt li kien fuq police bail.
Christoph Schwaiger
11:13 Jinstab dokument minn Nexia BT datat fl-2015 – ġie ppreżentat rapport ta’ 22 paġna. Instab envelope vojt indirizzat lil Yorgen Fenech. L-envelope ġie sekwestrat bħala prova li l-uffiċċju kien fil-pussess ta’ Fenech.
Christoph Schwaiger
11:10 Ġew ippreżentati wkoll memorandum of association ma’ New Energy Supply Ltd, ċertifikat minn GEM Holdings Ltd (Dr Michael Grech kien imniżżel bħala s-segretarju), project service agreement bejn GEM u New Energy, ftehim u fact-sheet tal-Enemalta, emails mibgħuta lil Charles Mangion dwar il-prezzijiet tal-fuel.
Christoph Schwaiger
11:07 Pulis jgħid li Fenech qatt ma ġie mistoqsi dwar dawn id-dokumenti.
Christoph Schwaiger
11:07 Jiġi ppreżentat invoice maħruġ lil GEM holdings minn New Energy Supply Ltd.
Christoph Schwaiger
11:06 Instab lease agreement. Oriġinarjament l-inkwilin kellu jkun Fenech, però ismu kien imħassar u minfloku kien hemm l-ismijiet ta’ żewġ persuni barranin b’passaport tal-Istati Uniti.
Christoph Schwaiger
11:05 Fil-livell 21 f’Portomaso l-pulizija sabu sitt dokumenti indirizzati lil Melvin Theuma. Pulis qal li dawn id-dokumenti kienu relatati mal-logħob tal-ażżard fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel. Instabu fl-uffiċċju ta’ Fenech.
Christoph Schwaiger
11:02 Pulis jippreżenta dokumenti ta’ Wings Development Ltd u Wings Investment Ltd.
Christoph Schwaiger
11:01 Instabu dokumenti fl-uffiċċju numru 4, envelopp indirizzat lil Fenech (Wings Investment Ltd) b’memorandum of understanding of association u artikli għall-kumpanija offshore f’Ajman fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE). Id-dokumenti nstabu fil-preżenza ta’ Ray Sladden.
Christoph Schwaiger
10:57 Jiġu ppreżentati rċevuti tal-affarijiet li ngħataw lill-esperti tal-Europol.
Christoph Schwaiger
10:56 L-Ispettur jippreżenta rċevuti tal-apparat li ġie sekwestrat. Is-€7,000 li ġew sekwestrati mill-jott ingħataw lura lil Fenech meta kien fil-lock-up. Jintqal li l-mobile ta’ Vella ma ngħatax lill-esperti tal-Europol imma lill-Ispettur Kurt Zahra.
Christoph Schwaiger
10:52 L-Ispettur jippreżenta xi dokumenti fosthom ċertifikat tat-tabib maħruġ minn Dr Adrian Vella fil-penthouse ta’ Fenech fl-20 ta’ Novembru.
Christoph Schwaiger
10:52 L-għada għall-10am Pulis ġie ordnat imur il-Mellieħa biex jeskorta liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri lejn id-depot għal aktar investigazzjoni.
Christoph Schwaiger
10:51 Il-pulizija ħabbtu fuq diversi bibien tar-risedenza u tal-clinic tiegħu, imma mingħajr success. Ċemplu lit-tifla tiegħu u Vella ġie ordnat jiftaħ il-bieb. Ittieħed id-Depot. Għas-2pm Dr Vella ġie infurmat li kien taħt arrest.
Christoph Schwaiger
10:45 Fis-26 ta’ Novembru għall-11.30pm Pulis ġie ordnat jeskorta lil Dr Vella biex isirulu xi mistoqsijiet mill-Pulizija. Xi pulizija marru quddiem id-dar ta’ Vella għan-12.30pm. Baqgħu wara l-bieb għal madwar nofsiegħa. Il-karozza ta’ Dr Vella kienet ipparkjata barra. Pulis tkellem ma’ Arnaud li qallu li Vella kellu jittieħed id-Depot.
Christoph Schwaiger
10:44 Kien hemm għassa fissa mal-uffiċċju ta’ Fenech fuq it-tielet u l-21 livell, flimkien ma’ sigurtà tal-kumpanija.

Fit-22 ta’ Novembru Pulis u Vella mill-iskwadra ta’ kontra l-ħasil tal-flus marru l-uffiċċju. Dakinhar Fenech reġa’ ttieħed il-lock-up għall-4.15pm.
Christoph Schwaiger
10:41 Fl-20 ta’ Novembru għall-10.30pm Fenech ġie skortat lejn il-lock-up tal-Furjana. Fenech inħeles fuq police bail. Fit-22 ta’ Novembru espert tal-Europol talab li jsir scan tal-jott għall-isplussivi. It-tfittxija rriżultat fin-negattiv għall-isplussivi però nstabu xi sim cards barranin qodma.
Christoph Schwaiger
10:39 Fenech telaq mill-penthouse u mar l-uffiċċju. Ġie sekwestrat xi apparat elettroniku fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-Europol.
Christoph Schwaiger
10:38 L-Ispettur Pulis jgħid li ġie infurmat li Fenech irreżenja mill-Grupp Tumas. Ray Sladden, mill-Grupp Tumas, iddireġihom lejn l-uffiċċju.
Christoph Schwaiger
10:36 Fenech ħassu anzjuż waqt it-tfittxija tad-dar tiegħu. Kien qed iħossu ħażin. Issejjaħ it-tabib tiegħu, Adrian Vella, li tah xi mediċina. Dan kien għall-4pm. Vella baqa’ hemm għal xi sagħtejn. Kien hemm martu wkoll.
Christoph Schwaiger
10:33 Il-Maġistrat Montebello tistaqsi jekk saritx verifikazzjoni mill-Pulizija. Pulis jgħid li hu ħa ħsieb l-istqarrija biss. Qal li pprovda l-ismijiet kollha tal-marina ta’ Pozzallo.
Christoph Schwaiger
10:33 Wood qal li talab permess mill-awtoritajiet tal-port biex jitilqu. Vella qal li l-kaptan qalilhom li setgħu jiċċekjaw mal-awtoritajiet ta’ Pozzallo li tawhom il-permess.
Christoph Schwaiger
10:31 Il-kaptan qal li tkellem ma’ Fenech dwar it-tiswija l-lejl ta’ qabel. Fenech xtaq imur mal-kaptan. Il-kaptan ried imur lura Malta dak inhar stess, però Fenech riedu jibqa’ jumejn miegħu Sqallija. Wood ma kienx jaf x’kien se jagħmel Fenech Sqallija.
Christoph Schwaiger
10:31 Instabu xi ċwievet.

Il-kaptan ittieħed id-Depot fejn ta stqarrija ta’ sitt paġni fil-preżenza tal-avukat tiegħu. Il-kaptan, Logan Wood, qal li kien normali li għal dan iż-żmien tas-sena jieħdu l-jott għat-tiswija fi Sqallija.
Christoph Schwaiger
10:27 Ittieħdu ritratti tal-affarijiet kollha li ġew sekwestrati. Dawn ingħataw lill-Europol li kienu preżenti waqt it-tfittxija. Saret tfittxija tad-dar tiegħu f’Portomaso fejn kien hemm martu. Il-kaptan tal-jott għen lill-pulizija fit-tfittxijiet li kienu qed jagħmlu.
Christoph Schwaiger
10:24 Bdiet tfittxija fuq id-dgħajsa wara li Fenech ġie infurmat li kien taħt arrest. Ġew infurmati wkoll Scene of Crime Officers u waslu żewġ uffiċjali tal-Europol. Ġew sekwestrati xi mowbajls u laptop. Instabu wkoll €7,000.
Christoph Schwaiger
10:23 Pulis jgħid li fl-20 ta’ Novembru ġie infurmat li Yorgen Fenech kien fuq id-dgħajsa Gio għas-6.15am. Ġie interċettat mill-AFM. Il-Pulizija waslet għas-6.30am u ħadet kontroll mill-AFM. Il-jott iddaħħal fil-marina ta’ Portomaso. Abbord kien hemm Fenech u l-kaptan.
Christoph Schwaiger
10:21 Jibda jixhed l-Ispettur Kevin Pulis mill-iskwadra tad-droga. Fid-19 ta’ Novembru ntalab jassisti fl-investigazzjoni. Spjega li kien hemm bżonn li ssir sorveljanza f’għadd ta’ postijiet strateġiċi.
Christoph Schwaiger
10:20 Tidħol il-Maġistrat Rachel Montebello
Christoph Schwaiger
10:18 Tidħol il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. L-avukat Philip Galea Farrugia qed jidher għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi qed jidhru parte civile.
L-avukati tad-difiża Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri jinsabu hawn ukoll.
Christoph Schwaiger
10:13 Bonġu! Newsbook.com.mt se jkun qed jirrapporta LIVE mill-awla numru 9. Is-suspettat Yorgen Fenech għadu kif daħal. Minkejja l-qtugħ tad-dawl madwar il-pajjiż kollu hemm xi generators jaħdmu fil-Qorti.
Christoph Schwaiger

Illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, in-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black, li qed jiġi akkużat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka fl-aħħar seduta?

Fl-aħħar seduta, fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Keith Arnaud li huwa l-investigatur ewlieni fl-assassinju tal-ġurnalista qal li Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinsab taħt investigazzjoni. Qal ukoll li meta l-Pulizija marru d-dar ta’ Schembri u talbuh jagħtihom il-mowbajl, qalilhom: “Ma nafx fejn għamiltu, ma nafx fejn għamiltu, naħseb tliftu”. Il-Maġistrat staqsiet lil Arnaud jekk reġgħux staqsewh għall-mowbajl. Arnaud stqarr li lil Schembri talbuh il-mowbajl waqt l-interrogazzjoni u qalilhom li tilfu. L-Ispettur qal, “Sal-lum għadu ma nstabx, għadna qed infittxu.”