Jumejn ċans biex it-tim ta’ Fenech jindika aktar xhieda fil-każ kostituzzjonali kontra Arnaud

REUTERS Yara Nardi

Read in English.

Propju llum kompla jinstema’ l-każ kostituzzjonali fejn is-sid tal-kumpanija 17 Black, Yorgen Fenech, qed jipprova jneħħi lil-Ispettur Keith Arnaud mill-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fenech bħalissa qed jitressaq il-Qorti akkużat b’involviment fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Illum il-Qorti kkonfermat li d-digriet se jinqata’ fit-23 ta’ Settembru xorta waħda minkejja l-aħħar żviluppi fi smigħ li qed isir fi Qrati oħra. Intant, it-tim ta’ Fenech ingħata jumejn ċans biex jindika jekk hemmx bżonn ta’ aktar xhieda fil-każ tiegħu kontra Arnaud qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali.

11:28 Grazzi talli segwejtuna. Fin-12.30pm, nerġgħu inkunu qed nirrappurtaw live mill-Qorti tal-Maġistrati fejn se tkun diskussa t-talba għall-ħelsien mill-arrest sottomessa waqt is-smigħ tal-bieraħ.
Nicole Borg
11:27 Is-smigħ li jmiss se jkompli fid-9 ta' Settembru fid-9.15am.
Nicole Borg
11:26 L-Imħallef Mintoff qal li evidenza oħra li jixtiequ jressqu quddiem din il-Qorti trid tkun iġġustifikata fit-talba.
Nicole Borg
11:24 Il-Qorti tinsisti li d-data tal-iskadenza se tibqa' t-23 ta' Settembru. Qalet li se tagħti lil Fenech ċans ta' jumejn biex jindika evidenza oħra li jixtieq iressaq quddiem din il-Qorti.

Dr Camilleri qalet li x-xhieda tat-tabib Vella li kienet ingħatat lill-Qorti tal-Maġistrati kienet għadha ma saritx traskrizzjoni tagħha.
Nicole Borg
11:21 Dr Camilleri qal li minkejja li talab għad-dikjarazzjoni tat-tabib Vella mal-pulizija, huma ma kienux ingħataw din l-informazzjoni.

L-Imħallef Mintoff qal li l-attur seta' talab lit-tabib Vella biex jixhed f'dawn il-proċedimenti, bl-istess mod li kien intalab jixhed Keith Schembri.
Nicole Borg
11:20 Il-Qorti qalet li semgħet biżżejjed u issa wasal il-ħin biex il-partijiet jagħmlu t-talbiet speċifiċi tagħhom.
Nicole Borg
11:17 L-Imħallef Mintoff qal li hu kien skeda dan is-smigħ minħabba d-digriet. Qal li hu ma rċieva l-ebda sottomissjoni mill-partijiet, u qal li issa dawn taw raġuni għaliex ma għamlux dan.

Staqsa jekk il-Qorti għandhiex tieħu d-deċiżjoni tagħha bħal li kieku tinsab ġo vacuu jew jekk għandhiex tisma' dak li qed jgħidu ż-żewġ naħat fid-dawl tal-aħħar żviluppi. ied jgħid li dan qed isir fl-interess tal-ġustizzja.
Nicole Borg
11:16 L-Imħallef Mintoff staqsa jekk fl-opinjoni tagħha, il-Qorti għandhiex tiddeċiedi l-każ mingħajr ma tikkunsidra l-iżviluppi riċenti.
Nicole Borg
11:16 Dr Buttigieg qalet li s-smigħ se jsir illum, mhux għax it-tim legali ta' Fenech talab dan, imma għa il-Qorti ħasset li riedet tinforma l-partijiet u tisma' dak li jridu jgħidu.
Nicole Borg
11:15 Dr Mercieca qal li l-investigaturi għandhom evidenza mill-2017 li ma investigawx. Hu żied jgħid li dawn qajmu tħassib serju.
Nicole Borg
11:14 Dr Mercieca rrefera għax-xhieda li ngħatat minn Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. L-avukat staqsa jekk l-investigazzjonijiet humiex staġnati jew twaqqfu kompletament.
Nicole Borg
11:12 Dr Camilleri żiefet tgħif li dan ġara wara li l-Qorti skedat id-deċiżjoni tagħha għat-23 ta' Settembru.

Dr Mercieca żied jgħid li xi xhieda taw rendikont kemmxejn dubjuż.
Nicole Borg
11:10 Dr Camilleri qalet lill-Qorti li għat-tim legali huwa importanti li wieħed ikun jaf jekk il-Qorti għandhiex tħalli evidenza oħra tiġi sottomessa quddiem il-Qorti.

Qalet li kulħadd jaf x'ġara lil Melvin Theuma. Fakkret kif Cutajar kien xehed f'dawn il-proċedimenti bħala Kummissarju tal-Pulizija, imma minn dak iż-żmien 'l hawn ħarġet aktar informazzjoni dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' oħrajn relatati mal-każ. Hu jinsab ukoll taħt investigazzjoni, sostniet l-avukat.
Nicole Borg
11:08 Dr Buttigieg qalet li d-digriet huwa importanti. Innutat li l-evidenza li nġiebet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati mhix disponibbli għall-konsum pubbliku, hekk kif hemm proċedimenti li qed isiru wara bibien magħluqa.

Dr Buttigeg qalet li fuq id-dritt ta' żvelar, hemm digriet separat mill-Qorti tal-Maġistrati.
Nicole Borg
11:07 Qalet li huwa inutli li wieħed iżid punti mal-atti li mhux relevanti mal-każ. Hi rreferiet għax-xhieda tat-tabib Vella quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Qalet li Arnaud kellu xhieda simili f'dan il-każ.
Nicole Borg
11:06 L-avukat tal-istat Dr Buttigieg irreferiet għall-applikazzjoni sottomessa minn Fenech.
Nicole Borg
11:04 Id-difiża qalet li l-klijent tagħha ma kienx qed jingħata żvelar sħiħ – kemm favur u kemm kontra – sal-lum. Dr Mercieca żied jgħid li dan jimpedixxi lil Fenech milli jipprepara l-każ tiegħu.

Dr Mercieca akkuża lil Arnaud li qed jimpedixxi lil Fenech mid-dritt tiegħu ta' żvelar.
Nicole Borg
11:04 Dr Mercieca qal li kien hemm żviluppi riċenti li huma relevanti għal dawn il-proċedimenti. Qal li l-iżviluppi fil-każ mhux imqassma fuq xhur imma kważi minn jum għal jum.
Nicole Borg
11:02 L-avukat Mercieca qal li skont kif il-Qorti qalet, l-attur kien se juża' l-evidenza biex jibni fuqha. L-avukat qal li l-klijent tiegħu jaħseb li l-evidenza li ngħatat minn Dr Adrian Vella għandha tingħata widen.

Dr Mercieca semma x-xhieda tal-eks Kummissarju Lawrence Cutajar u dik ta' Arnaud stess waqt il-kumpilazzjoni ta' evidenza. Qal li dawn għandhom ikunu parti minn dawn l-atti.
Nicole Borg
11:01 L-avukat Mercieca qal li l-attur, Yorgen Fenech, kien issottometta t-talba tiegħu quddiem din il-Qorti.

L-Imħallef Mintoff qal li l-mod kif l-applikazzjoni nkitbet qatt ma setgħet tiġi aċċettata.

"It-tip ta' evidenza mhux ammessibbli," qalet il-Qorti.
Nicole Borg
11:00 L-Imħallef Mintoff qal li l-Qorti ħasset il-bżonn li titkellem dwar dawn in-nuqqasijiet.
Nicole Borg
10:59 L-Imħallef Mintoff qal li bħal kulħadd fuq il-gżira, hu wkoll jaf x'qed jinstema' quddiem il-Qrati.

"Hemm testimonji li nstemgħu fi Qrati oħra li ma humiex parti mill-atti ta' dan il-każ imma huma relevanti għall-każ," qal l-Imħallef.
Nicole Borg
10:58 Il_Qorti qalet li diġà kienet bdiet tikteb id-deċiżjoni tagħha. L-Imħallef staqsa jekk Fenech għadux interessat fil-każ.
Nicole Borg
10:57 L-Imħallef Lawrence Mintoff informa lill-partijiet li huma diġà kienu infurmati li s-smigħ kien skedat għat-23 ta' Settembru. Qal li t-tweġiba tal-attur kienet għadha ma ġietx sottomessa.
Nicole Borg
10:56 Dr Mercieca jinforma l-Qorti li qed jistennew lil Dr Marion Camilleri.
Nicole Borg
10:55 L-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca diġà jinsabu fl-awla. L-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud ukoll jinsab fl-awla. Hawn ukoll l-Avukat tal-Istat Victoria Buttigieg,
Nicole Borg
10:54 Ninsabu live minn awla 19. Is-suspettat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, wasal fl-awla issa.
Nicole Borg
10:54 Bonġu u merħba għal dan il-blogg.
Nicole Borg