Diferit il-każ tal-pulizija li allegatament stupra kollega

Il-każ kontra l-pulizija li qed jiġi akkużat bi stupru ġie diferit wara li saret talba għad dan mid-difiża.
Dalgħodu l-Qorti kienet se tkompli tisma' l-każ kontra l-Pulizija akkużat bi stupru u attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ żewġ membri oħra fil-Korp f’każijiet separati.
L-avukati tad-difiża qalu li f'dan l-istadju l-akkużat mhux lest li jammetti għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Dan wara li kien hemm il-possibilità li jammetti l-akkużi wara x-xhieda tal-vittma prinċipali. Din ix-xhud kienet lesta biex tixhed permezz tal-video conferencing illumIssa l-każ mistenni jkompli permezz tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.
Waqt l-ewwel seduta, huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.