Filmati: Il-Qorti twiddeb lill-avukati għal ħela ta’ ħin

REUTERS/Yara Nardi/File Photo

Read in English.

Illum kompliet ix-xhieda fil-każ kostituzzjonali li Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black f’Dubaj fetaħ kontra l-Ispettur Keith Arnaud, l-investigatur ewlieni fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Qorti widdbet lill-avukati ta’ Yorgen Fenech dwar ħela ta’ ħin minħabba li l-unika xhieda għal-lum kien rappreżentant ta’ Jobsplus li ppreżenta dokumenti dwar mara li isimha ma jistax jixxandar.

10:18 Il-vann tal-ħabs jitlaq mill-Qorti fi triqtu lura lejn Kordin

10:09 Is-seduta se tkompli nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru fid-9.30am.

10:07 L-Imħallef Mintoff staqsa lill-avukat Victoria Buttigieg jekk hiex lesta li tibda’ l-kontro-eżami ma’ Yorgen Fenech. Hija wieġbet fin-negattiv hekk kif qalet li ma kinitx qed tistenna li jaslu f’dan l-istadju llum.

Bħalissa qed issir id-deliberazzjoni bejn l-avukati u l-Imħallef dwar data meta se jitkompla l-każ.

10:06 L-avukat Marion Camilleri qalet li din kienet l-evidenza kollha li kellhom jippreżentaw illum fil-Qorti. Il-Qorti widdmet lill-avukati dwar iż-żmien ta’ stennija filwaqt li Camilleri wieġbet li kellha ftit żmien biex tipprepara. Il-Qorti tata ġurnata oħra biex tinfurmahom dwar xhieda oħrajn.

10:02 Rappreżentant minn Jobsplus jibda jagħti x-xhieda. Huwa ppreżenta dokumentazzjoni dwar mara li isimha ma jistax jixxandar.

10:00 L-Imħallef Lawrence Mintoff daħal fl-Awla 15.

09:50 Id-Direttur tal-ħabs Alexander Dalli staqsa lill-ġurnalisti biex juru l-Press Card qabel ma’ Yorgen Fenech iddaħħal fl-awla taħt sigurtà stretta. Sitt uffiċjali mill-Faċiltà Korrettiva ta’ Kordin qiegħdin fl-awla.

L-avukati Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri qed jidhru għal Yorgen Fenech.

L-avukati Victoria Buttigieg u Maurizio Cordina qed jidhru għall-Avukat Ġenerali.

09:40 Jasal il-vann tal-ħabs fil-Qorti fil-Belt.

LIVE mill-Qorti: Illum ikompli jinstema' l-każ ta' Yorgen Fenech kontra Keith Arnaud

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, December 10, 2019

Fl-aħħar seduta, Fenech li qed jaffaċċa akkużi li ffinanzja l-assassinju, qal li l-eks Chief of Stadd tal-Prim Ministru Keith Schembri kien jgħaddilu informazzjoni li tasallu mingħand Arnaud.

Fenech qal li Arnaud huwa viċin ħafna ta’ Schembri u ma jistax jinvestiga dan il-każ. Saħaq li Schembri żammu infurmat bil-progress tal-investigazzjoni inkluż li l-Pulizija kienet qed issegwih.

Fl-ewwel seduta, Fenech qal li Keith Schembri kitiblu x’għandu jgħid lill-Pulizija.