Filmat: Delia jidħol għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari

Aġġornat 09:12 PM

Read in English.

Il-Grupp Parlamentari tal-PN qed jitlaqqa’ fid-Dar Ċentrali wara li dalgħodu għadd ta’ Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu biex issir laqgħa urġenti. Għal-laqgħa pparteċipaw 16-il deputat u l-Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u David Casa.

It-talba saret lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech u lill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar. Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-bidu ma kienx fil-laqgħa iżda daħal tard.

Dan minħabba l-istorja żvelata fuq The Sunday Times of Malta li Adrian Delia kellu chats privati fuq Whatsapp ma’ Yorgen Fenech li huwa l-allegat mandant tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fir-reazzjoni tiegħu għall-aħbar miktuba mill-ġurnalist Jacob Borg, Adrian Delia qal li huwa jirċievi eluf ta’ messaġġi kull ġimgħa mingħand tipi ta’ nies differenti. Huwa staqsa kif ġiet żvelata din iċ-chat biss filwaqt li oħrajn bħal dawk bejn Fenech, l-eks PM Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi baqgħu mistura.

“Diżgustati u urtati” – Għadd ta’ MPs tal-PN jitolbu laqgħa urġenti
Il-Grupp Parlamentari tal-PN se jitlaqqa’ llejla

Dalgħodu, waqt intervista fuq NET FM, l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia wieġeb għall-aħbar billi qal li l-Gvern qed jipprova jattakka lilu bħala Kap tal-Oppożizzjoni għax qal li “jafu li se nirbħu l-kawżi” fosthom tal-isptarijiet li nbiegħu lil privat. Qal li qed jippruvaw ibeżżgħuh u jirrikattawh biex jien ma jaġixxix kontra l-korruzzjoni.