Filmat: “Irrappurtaw il-fatti” – Fearne lill-MEPs

“Irrappurtaw il-fatti” – Chris Fearne lill-MEPsId-dettalji: http://bit.ly/2xq26AO

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, September 20, 2018

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fetaħ il-laqgħa mal-Membri Parlamentari Ewropej mill-Kumitat għall-Ġustizzja u l-Libertajiet Ċivili li jinsabu Malta biex jiffurmaw rapport dwar ir-rispett tal-liġijiet f’Malta.

Għal diversi drabi l-Ministru Fearne appella lill-MEPs li jiffurmaw parti mill-Grupp ta’ Monitoraġġ dwar is-Saltna tad-Dritt (Rule of Law) biex lil sħabhom fil-Parlament Ewropew jirrappurtawlhom fattu u mhux konfoffi (conspiracies).

Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne flimkien mal-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonniċi u l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna ltaqgħu mad-delegazzjoni mill-Parlament Ewropew li tieħu ħsieb il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (LIBE) fil-Ministeru għas-Saħħa fil-Belt Valletta. 

Il-kap tad-delegazzjoni tal-MEPs hija l-MEP Sopie in’t Velt mill-Partit tal-Liberali li hija magħrufa għad-deċiżjonijiet iebsin li tieħu. Fost l-MEPs hemm ukoll l-MEP Maltija Roberta Metsola li se tkun parti minn din id-delegazzjoni.

Aktar tard wara nofsinhar hu mistenni li ssir konferenza tal-aħbarijiet wara li l-MEPs ikunu ltaqgħu ma’ diversi membri tal-Gvern, għaqdiet u organizzazzjonijiet Maltin.

Wara l-laqgħa li damet għaddejja madwar siegħa u nofs, it-tliet Ministri taw il-kummenti tagħhom lill-midja: