LIVE: Ħruġ min-niċċa ta’ San Ġorg f’Ħal Qormi

Statue feast

Newsbook.com.mt qiegħed LIVE f’Ħal Qormi biex jassisti għall-ħruġ min-niċċa ta’ San Ġorg f’Ħal Qormi.

Waqt il-ħruġ, il-Ġorġjani jilqgħu u jsellmu lil patrun tagħhom bil-frieghi tal-palm, simbolu tal-martri.

Il-banda San Gorġ martri ddoqq waqt li jsir il-ħruq tas-salut, il-kaxxa Spanjola, murtalett u murtali bil-loghob. Wara l-ħrug tal-vara, il-banda tagħmel marċ mat-toroq tal-madwar. Fid-9:30pm isir il-ħruq tal-beraq, il-blalen, sfejer u murtali tal-kulur, u l-kaxxa tal-kulur.