Filmat: Assumejt ħażin li l-livell tat-tagħlim online kien se jkun baxx – Abela

Read in English.

Il-PM Robert Abela qal li assuma ħażin meta ħaseb li l-livell tat-tagħlim online kien se jkun inqas minn dak li kien qed jingħata fil-klassijiet Maltin.

Abela qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon ONE minn għadd ta’ ħaddiema differenti. L-istazzjon televiżiv jitmexxa mill-Partit Laburista.

Abela qal li l-livell ta’ tagħlim kien ekwivalenti għat-tagħlim tradizzjonali. Żied jgħid li jifhem li l-preferenza tibqa’ għall-edukazzjoni bi preżenza fiżika imma qal li wieħed irid jesplora xi rwol se jkollu t-tagħlim online wara li tgħaddi l-pandemija.

Il-PM ġie mistoqsi minn Surġent dwar il-Korp tal-Pulizija. Qal li fl-aħħar ġimgħat il-fiduċja fil-Korp żdiedet. Qal li kien hemm ħidma ta’ korp dixxiplinat. Spjega li r-rondi kienu effettivi waqt il-kriżi tal-coronavirus.

Il-mistoqsijiet saru minn konsulent tal-MITA, minn assistent kap ta’ skola, minn Surġent, minn bidwi, u minn pensjonant fost l-oħrajn.