Follow Up: Intervista ma’ persuna li spiċċa vittma tal-użura

Fil-programm Follow Up fuq RTK 103FM tal-lum il-Ħamis 1 ta' Marzu se jitkellem ma' Adelaide Silva, il-Koordinatur tal-Attivitajiet ġewwa Inspire dwar il-gym ta' din il-fondazzjoni maħsub għal persuni b'diżabilità sponsorjata mill-Malta Community Chest Fund.
Wara, nisimgħu għalfejn ma rajna l-ebda azzjoni kontra bejjiegħa ta’ alkoħol lil adolexxenti f’Għawdex. Dwar nitkellmu ma' Noel Xerri, Uffiċjal mill-Fondazzjoni OASI. 
Se nisimgħu ukoll dwar il-Malta National MOS Championship, kompetizzjoni fil-kapaċitajiet diġitali fost persuni ta' bejn it-13 u t-22 sena. 
Imbagħad fit-tieni parti tal-programm nsegwu intervista ma' persuna li fittex l-għajnuna wara li spiċċa vittma tal-użura. 
Follow Up jixxandar kuljum bejn l-4:30pm u s-6pm fuq RTK 103FM.