Aġġornata: Filmat: ‘Żminijiet terribbli għalina’ – Coleiro Preca

Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dan huwa żmien terribbli fl-isfond tal-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane fis-6 t’April.

Coleiro Preca qalet dan waqt attività li saret f’Ħal Far fejn għexieren ta’ persuni nġabru biex ifakkru l-memorja ta’ Souleymane. Ir-Reverendu Kim Hurst qalet li llum in-nies inġabru flimkien biex jaraw li jkun hemm il-paċi f’Malta. Kelliem ieħor qal li xejn ma jista’ jbiddel mal-preżenza ta’ Souleymane issa li nqatel. Qal li n-nies m’għandhomx iħallu waħedhom lil dawk li qed jibku t-telfa tiegħu u lil dawk li qed jgħixu f’biża’.

Coleiro Preca qalet li Malta tilfet waħda minn ħutha. Fakkret fil-kliem ta’ Martin Luther King Jr. li qal li wieħed ma jistax jiġġieled id-dlam u l-mibgħeda bid-dlam u l-mibgħeda. Saħqet li n-nies għandhom juru l-imħabba tagħhom anke fi żminijiet terribbli bħal dawn. Qalet li kulħadd tilef bil-qtil ta’ Souleymane – mhux biss il-familja tiegħu.

Kelliem għall-Komunità mill-Kosta tal-Avorju u tal-immigranti f’Malta rringrazzja lil dawk kollha li ġew għall-attività. Iddeskriva lil Souleymane bħala ħabib u bħala ħuħ. Appella lin-nies biex ma jinsewħx.

Souleymane lnqatel f’Ħal Far f’April permezz ta’ tir. Żewġt irġiel oħra indarbu kawża tal-istess attakk.

Ilum, 67 għaqda mhux governattiva stiednu l-Korp tal-Pulizija juża r-riżorsi kollha meħtieġa biex jitressqu l-qorti dawk li wettqu d-delitt.

Aqra: 67 għaqda jħeġġu l-Pulizija jsolvu l-każ tal-immigrant li nqatel f’Ħal Far

L-għaqdiet qalu li l- ħajja ta’ Lassana kienet importanti ħafna. Sostnew lu hu kien ifisser ħafna għall-familja tiegħu, għall-ħbieb tiegħu, u kien ifisser ħafna anki għalihom ilkoll.

Huma stqarrew li atti ta’ vjolenza brutali bħal dawn assolutament ma jistgħux jiġu injorati jew mitfugħa taħt it-tapit. Żewġt irġiel oħra sfaw ukoll vittmi ta’ dan l-attakk.

Aqra: Argument bejn tliet barranin f’Birżebbuġa jispiċċa f’delitt

On 6th April, Lassana was shot and murdered in Hal-Far by unknown assailants. Two other people were seriously injured. So far everything indicates that this was a racist attack. Today we remember Lassana, call for a serious investigation of this case and condemn hatred in all its forms.

Posted by Moviment Graffitti on Saturday, April 27, 2019