Follow Up: Għandna bżonn mina bejn Malta u Għawdex?

Follow Up tal-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2019 bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti l-proġetti tal-mina bejn Malta u Għawdex u s-Central Link Project. Għaliex huma bżonnjużi dawn il-proġetti? F’liema stadju waslu s’issa u x’għad baqa’ li jsir? Xi kritika saret tagħhom?

Mistednin: L-Inġinier Fredrick Azzopardi, Kap Eżekuttiv, Infrastructure Malta u l-Perit Carmel Cacopardo, Ċermen, Alternattiva Demokratika.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.