Newsline: Ġbejniet u frejjeġ – X’ġara fil-Parlament din il-ġimgħa?

Fl-ewwel parti tal-programm Newsline tas-Sibt 10 ta' Marzu, se niddiskutu dak li ġara fil-parlament din il-ġimgħa, fejn xi membri parlamentari xebbħu lil xulxin ma' xi ħaġa tal-ikel, fosthom issemmew il-ġbejniet, il-frejjeġ u l-pastizzi. Dwar dan se nitkellmu ma' Dr Marlene Farrugia, Prof. Arnold Cassola, Prof. Charles Briffa u Dr Tonio Borg. 

Fit-tieni part, se niddiskutu l-każ tal-ġurnalist Slovakk li ġie assassinat ftit tal-jiem ilu. Se naraw x'intqal fl-istqarrija mill-Isqfijiet Slovakki. 
Se niddiskutu wkoll dwar il-Media Pluralism Monitor, dwar l-Arċisqof Oscar Romero li jinsab fit-triq għall-qdusija, kif ukoll dwar id-daqs minimu tad-djar. 
Fl-aħħar nett, nisimgħu rakkont ta' tifla fejn kienet qed tokrob lil missiera biex jieqaf isawwatha.