Ordinary Public ConsistoryFrom St. Peter's Basilica, Ordinary Public Consistory for the creation of new Cardinals.
Posted by Vatican News on Saturday, November 28, 2020
Read in English.
Il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Mario Grech u tnax oħra bħala kardinali waqt ċerimonja msejjħa konċistorju.
Waqt iċ-ċerimonja l-Kardinal Elett Grech għamel diskors f’isem il-Kardinali.
Il-ktejjeb taċ-ċerimonja jinsab hawn: Ktejjeb
Tul iċ-ċerimonja l-Papa ta berettin aħmar, ċurkett u parċmina lill-kardinali ġodda. L-użu tal-kulur aħmar huwa simbolu tar-rieda tal-kardinali li għandhom ikunu lesti li jxerdu demmhom għall-Knisja. Fil-parċmina jkun hemm imsemmija l-knisja f’Ruma li magħha jkun marbut il-kardinal.
Tnejn minn dawk li se jinħatru bħala kardinali ma kinux Ruma għaċ-ċerimonja.
Dawn huma l-Kardinal Elett Sim minn Brunei u l-Kardinal Elett Jose Fuerte Advincula mill-Filippini li ma setgħux ikunu Ruma minħabba ristrizzjonijiet li ittieħdu f’pajjiżhom biex titrażżan il-coronavirus.
Minħabba l-coronavirus ċ-ċerimonja saret b’mod ristrett u għaliha attendew biss għadd limitat ta’ persuni.
Il-Kardinali eletti huma:
- L-Isqof Mario Grech, Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet
- L-Isqof Marcello Semeraro, il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin
- L-Arċisqof ta’ Kigali, Rwanda, Mons Antoine Kambanda
- L-Arċisqof ta’ Washington fl-Istati Uniti tal-Amerika, Mons. Wilton Gregory
- L-Arċisqof ta’ Capiz, fil-Filippini, Mons. Jose Fuerte Advincula
- L-Arċisqof ta’ Santiago, Cile, Mons. Celestino Aós Braco
- Il-Vigarju Episkopali ta’ Brunei Mons. Cornelius Sim
- L-Arċisqof ta’ Siena, l-Italja, Mons Augusto Paolo Lojudice.
- Il-Gwardjan tal-Kunvent tal-Franġiskani f’Assisi, Patri Guardian Mauro Gambetti.
- Mons Felipe Arizmendi Esquivel, Arċisqof Emeritu ta’ San Cristóbal de Las Casas, fil-Messiku
- L-Arċisqof Silvano Tomasi li kien nunzju u kien jaħdem fid-Dekasteru tal-Promozzjoni tal-Iżvilupp Uman.
- Il-Kappuċċin Raniero Cantalamessa, li kien il-predikatur tal-Papa
- Dun Enrico Feroci, li jieħu ħsieb is-Santwarju tal-Imħabba Divina.
Wara l-Konċistorju
Il-Kardinal, wara l-konċistorju, qal li l-omelija tal-Papa kellha messaġġ qawwi fejn qal li biex ma niżbaljawx it-triq irridu nimxu wara Kristu, għax hu t-triq.
Sostna li minħabba f’hekk, il-missjoni tal-mgħammdin kollha, li jinkludu s-saċerdoti u lilu nnifsu, hija waħda li jagħtu l-għajnuna biex Kristu jkun iktar magħruf. B’hekk, il-bniedem isib it-triq ta’ ħajtu.