“Jekk il-każi jerġgħu jitilgħu nerġgħu nieħdu l-miżuri” – Prof. Gauci fuq 103

Read in English.

Ninsabu f’salib it-toroq. Fejn nistgħu mmorru minn hawn? X’inhuma r-riskji li qed niffaċċjaw? Jekk in-numri qed jiżdiedu, għaliex se nkomplu nnaqqsu l-miżuri?

Xi spikka minn dak li qalet Prof. Gauci f’din l-intervista?

  • Il-virus ma nistgħux neliminawh, se jibqa’ magħna lkoll
  • Baqa’ ħafna biex issir it-tilqima
  • Sakemm ikollna tilqima effettiva, irridu nibqgħu ngħixu mal-virus. Il-Covid-19 hu normal ġdid li rridu nidraw ngħixu bih 
  • Bħalissa ninsabu fi pjan ta’ tranżizzjoni li qed indaħħlu bil-mod il-mod
  • L-illakxar ta’ miżuri jkun ibbażat fuq sitwazzjoni stabbli kemm minn numru ta’ każijiet, kif ukoll mir-rata ta’ trażmissjoni u r-rata ta’ nies li jiddaħħlu l-isptar. 
  • Jekk il-każi jerġgħu jitilgħu u nies jibdew jidħlu l-isptar nerġgħu nieħdu l-miżuri
  • L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tiġbed l-attenzjoni biex inkunu preparati għall-istaġun tal-influwenza
  • F’Ottubru nafu li se jkollna żewġ viruses – l-influwenza u l-coronavirus

Twieġeb il-Professur Charmaine Gauci, waqt Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart. Imexxi l-programm Jesmond Saliba.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn