Live fuq 103: Mhux aħjar jiġbru għall-Maltin milli għall-immigranti?

Read in English.

Il-Jesuit Refugee Service (JRS) qed jiġbru għall-immigranti li qed jispiċċaw bla xogħol? Ħafna staqsew: X’fettillhom? Mhux aħjar jiġbru għall-Maltin?

Dr Julian Caruana, psikologu li jaħdem fil-JRS iwieġeb l-għala. Jwieġeb ukoll dwar jekk hux veru li hemm fuq 600,000 immigrant fil-Libja lesti biex jaħarbu lejn l-Ewropa u jekk il-Gvern jagħmilx sew li ma jsalvax lill-immigranti li jkunu fiż-żona ta’ Malta.

Is-Sibt fid-9.40am waqt Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart.

Imexxi l-programm Fr Joe Borg.