Filmat: “L-ewwel ħaġa li se nagħmel hi li mmur għand in-nanniet” – Kyle

Kyle Cutajar dalgħodu kien f’kollegament ma’ Arthur Caruana waqt il-programm 103 Breakfast. Huwa tkellem dwar dak li qed jagħmel bħalissa  hekk kif f’dan il-perjodu qed jispira ruħu u jikteb ukoll xi lirika ta’ kanzunetta.

Fl-isfond ta’ Kyle fil-filmat naraw ukoll xi trofew. Iżda dawn mhux ta’ Kyle u m’għandhomx x’jaqsmu mal-kant iżda ma’ sports. Iżda kemm huwa sportive Kyle Cutajar.

Matul din l-intervista li tistgħu ssegwu wkoll f;dan il-paġna hu jitkellem dwar il-kunfidenza li rabba bejn l-ewwel u t-tieni staġun ta’ X Factor Malta.

Kyle tkellem dwar l-istudju tiegħu kif ukoll dwar il-fatt li malli kollox, l-ewwel ħaġa li se jagħmel huwa li jmur jara n-nanniet u l-bużnanna.

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat biex taraw ukoll lil Kyle ikanta live kif ukoll iwassal il-messaġġ tiegħu lill-Maltin kollha.