Filmat: “Il-qawsalla se narawha lkoll flimkien” – Justine

Justine Shorfid dalgħodu kienet f’kollegament ma’ Arthur Caruana waqt il-programm 103 Breakfast. Il-kantanta Maltija, waħda mill-finalisti tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju se tkun waħda mill-artisti li se jipparteċipaw fil-kunċert Malta Together li se jkun imxandar kemm online kif ukoll fuq TVM.

Matul din l-intervista Justine titkellem fuq l-esperjenza tagħha fil-programm X Factor, u xi jfisser għaliha li tkanta fl-istess avveniment li se tkun qed tipparteċipa Ira Losco, il-mentor tagħha waqt X Factor.

Justine titkellem fuq ittrofew li hemm fil-kamra tagħha, kif ukoll tgħid x’se tkun qed tagħmel fl-ewwel ġurnata li jkun għadda kollox.

Live mid-dar tagħha, il-kantanta żagħżugħa kantat ukoll live il-kanzunetta Wicked Game ta’ Chris Isaac.

Segwi l-intervista kollha permezz tal-filmat.