Filmat: Luke Chappell b’kanzunetta ġdida fuq 103

Luke Chappell dalgħodu kien f’kollegament ma’ Arthur Caruana waqt il-programm 103 Breakfast. Matul din l-intervista Luke Chappell jitkellem dwar kif inbidlet ir-rutinu tiegħu kif ukoll kif bħalissa xorta jinsab għaddej bl-istudju tiegħu.

Luke, li konna rajna fil-kompetizzjoni X Factor Malta, tkellem ukoll fuq kif f’dan il-perjodu partikolari qiegħed jiddedika aktar ħin għall-mużika u waqt l-edizzjoni ta’ dalgħodu ta’ 103 Breakfast huwa kanta kanzunetta oriġinali minn tiegħu bl-isem Lonely Again, kanzunetta li se tkun qed tit nieda b’mod uffiċjali aktar tard dan ix-xahar. Huwa jispjega wkoll il-ħsieb wara din il-kanzunetta.

U x’se tkun l-ewwel ħaġa li se jagħmel wara li jgħaddi dan kollu? X’appell se jkun qed jgħaddi b’rabta ma’ dawn iż-żminijiet?

Segwi l-intervista kollha permezz tal-filmat.