Fuq 103: Il-President ħoloq kriżi akbar milli solva?

Read in English.

Id-deċiżjoni tal-President George Vella li Adrian Delia jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni minkejja li ġie sfiduċjat mill-maġġoranza tal-membri Parlamentari Nazzjonalisti solviet problema kostituzzjonali jew ħolqot problema akbar kemm politika kif ukoll kostituzzjonali?

U l-President l-għala fi Frar qal li jkeċċi lil Delia jekk il-maġġoranza tkun kontrih iżda issa ma għamilx hekk?

Dawn il-mistoqsijiet u oħrajn se jiġu diskussi fil-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart u Newsbook.com.mt fis-1pm. Il-preżentatur tal-programm Jesmond Saliba flimkien ma’ Sylvana Debono, Editor-in-Chief ta’ Newsbook jiddiskutu ma’ diversi esperti.

L-espert kostituzzjonali Dr Austin Bencini jgħid l-għala fl-opinjoni tiegħu l-President żbalja meta ddeċieda li jħalli lil Delia f’postu. Bencini kien wieħed mit-tliet esperti kostituzzjonali li nhar il-Gimgħa li għaddiet qalu li l-President għandu d-dritt kemm li jneħħi lil Delia kif ukoll jagħmel lil xi ħadd minfloku. Mill-banda l-oħra l-Avukat Chris Bonett jgħid l-għala jaħseb li l-President għandu raġun.

Il-programm jinkludi tagħrif dwar x’qalu ġurnali differenti u personalitajiet diversi.
Illum it-Tlieta fis-1pm fuq 103 Malta’s Heart u Newsbook.com.mt.