Il-PN jaf x’Malta jrid? Louis Galea f’IntervistaPosted by Newsbook.com.mt on Friday, June 26, 2020
Read in English.
X’inhi, jekk għandu, il-viżjoni tiegħu għall-futur? X’inhuma l-prinċipji li jħaddan? X’inhi l-bażi tal-politika tiegħu?
Dr Louis Galea, tqabbad mill-Kap tal-PN Adrian Delia, biex jagħmel riforma tal-partit. Din hija t-tieni darba li Louis Galea kellu jagħmel dan. L-ewwel darba kienet meta fis-Snin Sebgħin, flimkien ma’ oħrajn irriforma l-PN u fasslu għalih viżjoni għall-ġejjieni.
Din id-darba rnexxielu jagħmel l-istess?
Is-Sibt fid-9am fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart Louis Galea jwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg waqt il-programm Newsbook Hour fid-9am. Il-programm jixxandar ukoll fuq Newsbook.com.mt