Read in English.
Il-Ħadd li għadda l-Arċisqof Charles Scicluna nieda dokument li se jibda proċess biex il-Knisja f’Malta tiġġedded. Id-dokument jissejjaħ “Knisja Waħda. Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ tiġdid ekkleżjali.”
Il-Knisja f’Malta tista’ tiġġedded bis-serjeta?
Jekk dokumenti u pjanijiet li saru qabel ma wasslux biex tiġġedded il-Knisja jista’ jkun li l-proċess li se jniedi dan id-dokument jirnexxilu?
X’tiġdid trid tagħmel il-Knisja?
Is-Sibt fid-9.00a.m. waqt Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart, Dr Nadia Delicata, id-Delegat tal-Arċisqof għall-Evanġelizzazzjoni twieġeb il-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg dwar dan id-dokument ta’ tiġdid.
Dr Anna Vella, attiva ħafna f’diversi rwoli fil-Knisja u l-preżentatur tat-televiżjoni Peppi Azzopardi jgħidu x’jaħsbu dwar dan il-proċess ta’ tiġdid.
Il-programm jixxandar ukoll fuq Newsbook.com.mt.