Fuq 103: Delia għandu jitlaq jew jibqa’?

Read in English.

Wara li kważi żewġ terzi tal-Membri Parlamentari tal-PN għaddew vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia, dan x’għandu jagħmel: jitlaq jew jibqa’ fit-tmun tal-Partit?

Din il-mistoqsija ddominat il-konverżazzjoni kollha f’Malta. Illum s-Sibt fid-9am se tiddomina wkoll il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart u fuq Newsbook.com.mt

Min jgħid ħaġa u min jgħid oħra. Min jgħid sewwa għamlulu u min jgħid li dan tradiment. Nies li ma jifhmux fil-liġi bdew jgħidu x’suppost jagħmel il-President skont il-Kostituzzjoni. Esperti qalu tagħhom ukoll u enfasizzaw id-dritt tal-President li jista’ jneħħi lil Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni. Fil-fatt il-Grupp li sfiduċja lil Delia għażel lil Therese Comodini Cachia bħala l-kandidat tiegħu għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

X’se jiġri?

Il-mistiedna ta’ Fr Joe Borg waqt Newsbook Hour se jkunu Dr Joe Grech u Dr Samuel Azzopardi. Minkejja li jiġu mill-bogħod min xulxin fuq dan is-suġġett ma jaqblu xejn. Grech jaħseb li Delia għandu jitlaq, waqt li Azzopardi jaħseb li għandu jibqa’. It-tnejn għandhom karigi fil-PN. Grech huwa l-President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista waqt li Azzopardi huwa l-President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex tal-PN.


Għada s-Sibt fid-9:00am 103 Malta’s Heart u Newsbook.com.mt