Follow Up: Jum il-Mara… differenzi fil-pagi u iktar

Waqt il-programm Follow-Up tal-lum il-Ħamis 8 ta' Marzu ma' Sylvana DeBono se nsewgu:
1. L-MEPs Miriam Dalli u Roberta Metsola dwar x'jistennew minn Jum il-Mara 
2. Nisimgħu fuq trattamenti ġodda ta' inflammatory bowel disease
3. Patri Ġwann Xerri se jgħidilna aktar dwar l-Arċisqof Oscar Romero 
4. 50 sena ta' ħidma minn Savio College
5. Il-kunċert ta' mużika sagra għad-Dar tal-Providenza
6. Se nistaqsu: jistgħu l-edukaturi jitgħallmu billi jilagħbu l-logħob diġitali?
7. Iż-żieda bid-doppju u b'mod illegali tal-gaġġeġ tat-tonn. X'qed jiġri? L-Awtorità tal-Ambjent xi tgħid dwar il-ħmieġ mill-fish farms?
8. Catherine Vella mill-NSO se titkellem dwar id-differenza tal-pagi bejn in-nisa u l-irġiel għall-istess xogħol.