Live: Filmati – Min se jgħaddi għall-fażi tal-Live Shows ta’ X Factor?

10.44pm

Alexandra għamlet ukoll l-għażla tagħha u għal-Live shows se tkun qed tieħu lil Paul Anthony, Ed u Celine.

10.41pm

Celine u Chantal huma tal-aħħar. Chantal donnu li ma mpressjonatx biżżejjed u għalhekk spiċċat barra mill-kompetizzjoni waqt li għal Celine il-vjaġġ ikompli. Alexandra tgħidilha li għandha l-X Factor.

10.38pm

Alexandra tispjega lil Kersten li kienet deċiżjoni diffiċli biex tara lil min se tieħu fil-live shows. Tirrimarka li ħolistikament il-vokali tiegħu għadhom mhux f’posthom u għaldaqstant ma tkunx qed tieħdu magħha fil-live shows.

“Se nkompli naħdem,” iddikjara hu hekk kif għamilha ċara li mhux se jieqaf hawn.

Awguri Kersten!

10.36pm

Ed jitkellem ma’ Alexandra u jistqarr li hu għandu ħafna ħsibijiet għall-futur u jiżvela li huwa jdoqq bosta instrumenti oħra.

Alexandra hija kuntenta bih tant li se tieħdu wkoll għal-live shows.

10.34pm

Paul sostna li mentalment jħossu preparat għal-live shows waqt li sostna li minn din l-esperjenza għaraf il-potenzjal tiegħu u anki biex joħroġ xi ftit aktar minn għoxortu. Alexandra fil-fatt hi konvinta minn dak li llum Paul offra u tinfurmah li se jgħaddi għal-live shows.

Prosit Paul!

10:32pm

Wasal il-ħin tar-riżultati b’Jozi l-ewwel waħda quddiem Alexandra.

Jozi tħoss li kibret f’dan il-qasam u hi grata għal feedback li ngħatat f’dawn l-aħħar ġimgħat biex tkun tista’ tkompli tikber u timxi ‘l quddiem.

Iżda Alexandra ma tħossx li l-wirja li Jozi tat hi tajba biżżejjed biex tkompli fil-live shows.

“Ninsab kuntenta li wasalt s’hawn. Dan għadu biss il-bidu għalijja,” ikkummentat Jozi, l-ewwel eliminata mill-fażi tal-Overs.

10.23pm

Is-sitt kantanti f’din il-fażi kollha kantaw u għalhekk issa jibda l-proċess biex jiddiskutu u  fi ftit  ħin ieħor se nkunu nafu min minn dawn is-sitta nqala’ mill-kompetizzjoni u min huwa t-tlett artisti li għamluha għal-live shows.

10.20pm

Celine Agius qalet li hija eċċitata aktar milli kienet fiċ-Chair Challenge, li hi tqis bħala esperjenza pożittiva ħafna u stqarret li ħassitha aktar taħt pressjoni wara li kantat u mhxu qabel għax mhux faċli li taqla’ lil xi ħadd mill-kompetizzjoni beix teħodlu postu.

Hi kantat Summer Time ta’ Sarah Vaughn.

Il-wirja tagħha tintlaqa’ tajjeb, tant li wieħed mill-kummenti dwar Celine kien li din tieħu l-ħajja meta tibda tkanta.

10.17pm

Chantal tħoss li qiegħda fiċ-ċans għalkemm temmen li l-kompetizzjoni hija iebsa. Tixtieq li tkompli fil-kompetizzjoni speċjalment issa li waslet s’hawn.

Għal darb’oħra Chantal tagħżel li tkanta silta bil-Franċiż u bla dubju timpressona, tant hu hekk li Alexandra timmaġinaha fuq  xi palk imdawwra biż-żeffiena.

Tgħid dan il-kumment huwa indikazzjoni li għal Chantal se tkompli l-avventura f’X Factor Malta?

10.15pm

Suffer ta’ Charlie Pooth hi l-kanzunetta li biha Paul Anthony deher quddiem il-ġurija, waqt li ddikjara wkoll li jinsab lest għall-live shows.

Jidher li anki llum il-perit impressjona għalkemm jonqsu jirfina. Imma l-mistoqsija ta’ Alexandra hi jekk hemmx biżżejjed żmien biex isir dan il-proċess.

10.13pm

“Ma kontx nemmen fijja nnifsi. Jekk ninqala’ llum se nkompli fil-mużika żgur”  iddikjara Ed li għal din il-fażi ippreżenta Can’t Help Falling In Love ta’ Elvis Presley.

Verżjoni pjuttost differenti ta’ din il-kanzunetta klassika.

“Għandu vuċi unika” hu wieħed mill-kummenti li jintqal dwaru hekk kif jingħad ukoll li jista’ jkun li jkollu wkoll post f’xi band.

9.58pm

“Jien aktar mużiċist,” qal Kersten li ppreżenta silta oriġinali tiegħu The Blues. Alexandra, Philippa u Bettina dehru entużjasti li għandhom parteċipant li għamel il-prestazzjoni tiegħu jdoqq instrument.

Wara l-wirja tiegħu ċapċpulu u rrimarkaw li l-fatt li ppreżenta kanzunetta oriġinali f’dan l-istadju jfisser ħafna.

Ma jagħtux wisq indikazzjoni hekk kif s’issa kantaw tnejn u għad fadal erba’ oħra x’jaraw.

9.55pm

Jozi hi l-ewwel waħda quddiem il-ġurija.

“Li qiegħda hawn illum ifisser ħafna għalijja għax qatt qabel ma kont f’kompetizzjoni qabel,” irrimarkat Jozi qabel ma wasslet l-interpretazzjoni tagħha ta’ Back to Black ta’ Amy Winehouse.

The New Victorians jidhru mpressjonati b’dak li raw. Imma issa jonqos li jaraw 5 oħra.

9.53pm

L-aħħar kategorija fil-fażi tal-Judges Houses hija dik tal-Overs li f’dan l-istaġun taqa’ taħt Alexandra Alden.

“Bla dubju ilkom taħdmu ħafna,” qaltilhom Alexandra li fuq kollox saħqet li dawk magħżula jridu jkunu lesti li jaħdmu taħt pressjoni, kif ukoll id f’id magħha.

Bħal-membri l-oħra tal-ġurija, Alexandra mhux weħidha f’din il-fażi. Magħha għandha żewġ artisti, The New Victorians, Philippa u Bettina, li bħalissa qed jagħmlu bosta wirjiet barra minn Malta. F’Edinburgh għamlu madwar 36 xow.

9.46pm

Dawn huma t-3 gruppi li Howard u Lil’ Eddie għażlu biex ikomplu fil-kompetizzjoni permezz tal-Live shows: Yazmin & James, F.A.I.T.H. u Bloodline.

9.43pm

Bloodline u Reign huma l-aħħar tnejn quddiem Howard. Lil Reign iħabbrilhom li l-vjaġġ tagħhom kien se jieqaf hawn filwaqt li Bloodline huwa l-aħħar grupp li jagħmlilha għal-live shows.

9.41pm

“L-ewwel ma tiekol l-għajn,” qalilhom Howard li rrimarka affarijiet sbieħ dwar il-ħames membri tal-grupp F.A.I.T.H.

Qalilhom li minkejja l-età żgħira tagħhom, hu jarahom fil-live shows. Dan il-grupp ukoll se nkunu qed narawh fil-Live Shows.

Jonqos żewġ gruppi u post wieħed biss.

9.39pm

Chord ukoll ma kkonviċewx lil Howard bil-prestazzjoni tagħhom, li jħabbrilhom li l-vjaġġ tagħhom kien se jieqaf hawn. Iżid jgħid li flimkien ma’ Lil’ Eddie d-deċiżjoni ttieħdet fuq dak li ħolistikament ra waqt il-wirja tagħhom.

Chord ukoll barra mill-kompetizzjoni.

9.32pm

Sweet Chaos quddiem Howard ukoll. “Iġġibu enerġija bejniekom,” qalilhom waqt li rrimarka li mhux ċert li jwasslu dak li huwa jixtieq minnhom.

It-tfajliet saħqu d-determinazzjoni tagħhom li jirnexxu iżda Howard mhux konvint u jgħidilhom li l-vjaġġ tagħhom kien se jeqaf hawn.

Sweet Chaos huma l-ewwel eliminati.

“Ftakruh dan l-isem” – qalu huma qabel ma telqu.

9.30pm

Yazmin & James huma l-ewwel artisti quddiem Howard, li jiddeskrivihom bħala koppja I għandhom dinamika bejniethom. Iħoss li għandhom bżonn iqajmu aktar l-immaġinazzjoni qalb l-udjenza. Tertqilhom ftit qalbhom biex qalilhom li għaddew, filwaqt li żied jgħidilhom li ilu ma jkollna kopja ta’ raġel u mara hawn Malta.

9.27pm

“Wara li smajthom ma bsartx li kienet se tkun daqshekk diffiċċli,” ikkumenta Howard. Lil min se jkun qed jagħżlu?

Groups Deliberation | Judges Houses | X Factor Malta S02

It's deliberation time between Judge Howard Keith and Guest Judge Lil Eddie! Who will stay? Who will go? GET COMMENTING BELOW!Clip brought to you by John Taylor – Luxury Real Estate. The people behind this amazing house.#XFactorMalta

Posted by X Factor Malta on Sunday, December 29, 2019

9.23pm

“Bħala grupp qbilna bħala vuċijiet u bħala karattru,” ikkummentaw F.A.I.T.H. (Five are in the House) li bidlu dak li kellhom ippreparat wara li kienet ingħaqdet magħhom Maya Sesay. Kellhom 24 siegħa biex jipprepaw il-prestazzjoni tagħhom Ain’t No Other Man ta’ Christina Aguilera.

Il-wirja tagħhom niżlet tajjeb u issa d-destin ta’ dawn u l-ħamsa l-oħra jinsab f’idejn ‘Lil Eddie u Howard.

Huma issa jibdew jiddibattu bejniethom hekk kif minn hawn u ftit ieħor naraw min minn dawn is-6 għadda għal-live show u min il-vjaġġ tagħhom jieqaf f’din il-fażi.

“Ninsab impressjonat,” ikkummenta Lil’ Eddie waqt li rrimarka wkoll lil Howard li jemmen li għandi kategorija b’saħħitha.

9.19pm

“Naħseb il-fatt li diġà wasalna s’hawn hija ħaġa kbira,” qalu Yazmin & James li saħqu li jħossu li huma preparati għall-live shows.

Ippreżentaw is-silta Can’t Get You Out of My Head ta’ Kylie Minogue, artista li kumbinazzjoni Lil’ Eddie jaħdem magħha.

“X’enerġija” ikkummentalhom Ben Camille waqt li Howard Keith jemmen li għandhom potenzjal. Intgħoġbu wkoll minn Lil’ Eddie, li rrimarka wkoll li għoġbu l-fatt li tawha laqta differenti din il-kanzunetta.

Nistennew ftit ieħor sakemm naraw il-verdett finali.

9.09pm

“Ix-xogħol li għamilna flimkien għandu jħalli impatt fuq l-udjenza,” qalu Bloodline qabel ma nterpretaw Bad ta’ Michael Jackson.

Howard u Lil’ Eddie jidhru kuntentui bil-wirja, hekk kif Howard ikkummenta li mhux se tkun ħaġa faċli li jaslu għall-għażla tat-tlieta li llum se jagħżlu biex jgħaddu għal-Live Shows.

9.06pm

“Ħdimna ħafna għaliha u l-kometizzjoni hija iebsa ħafna,” qalu Reign qabel ma ppreżentaw Figures ta’ Jessie Reyez.

“Wow! L-isbaħ wirja s’issa,” ikkummenta Lil’ Eddie impressonat bil-qirja tagħhom. Howard jidher li qabel mal-kummenti ta’ dan il-producer rinomat fix-xena internazzjonali mużikali.

9.04pm

Sweet Chaos ippreżentaw Black Widow ta’ Rita Ora u Iggy Azalea. Huma jħossu li l-idea ta‘ Howard li jgħaqqadhom bħala grupp qegħda taħdem.

“L-aħħar biċċa ma marritx kif suppost” qalu huma. Lil’ Eddie qal li l-bidu kien tajjeb iżda l-parti tal-gakketta tilfitu xi ftit. Naraw x’se jkun il-verdett minn hawn u ftit ieħor

9.00pm

Chord huma l-ewwel grupp quddiem Howard u Lil Eddie. Il-kanzunetta li għażlu hija Evergreen ta‘ ABBA.

“Qed nippruvaw inkunu versatili, ikkummentaw qabel il-prestazzjoni tagħhom.

8.57pm

Howard Keith Debono rrimarka li dak li qed jistenna huwa li ma jkollux l-iċken dubju li dak li għandu quddiemu huwa tassew grupp.

“Irrid nemmen fil-ġenwinità u l-onestà tal-artist,” qal Howard waqt li żied jgħid li xogħlu mhuwiex li jbiddel l-artist iżda li jelava l-artist.

Il-mistieden ta’ Howard Keith huwa l-bniedem li ffurma 5th Harmony, Lil’ Eddie. Huwa l-bniedem li Simon Cowall jafda b’għajnejh magħluqa f’Syco Records fir-Renju Unit u l-Amerika. Huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar producers rispettati u kreattivi fix-xena mużikali. Ipproduċa diski għal Enrique Iglesias, Rita Ora, Kylie Minogue u Robbie Williams.

Il-kompetizzjoni tibda.

8.55pm

Edizzjoni oħra tal-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta fejn illejla se naraw l-aħħar fażi tal-Judges Houses. Illejla naraw il-Gruppi li jaqgħu taħt Howard Keith Debono u aktar tard l-Overs li din is-sena qegħdin taħt Alexandra Alden.

Huma l-gruppi li se jkunu qed jagħtu l-ewwel wirjiet tagħhom.