Filmati: Is-6 li ssuperaw iċ-Chair Challenge tal-Overs

Is-sitt finalisti fil-kategprija tal-Overs li għaddew għall-Judges Houses

10.52pm

Mument kuruċjali fil-programm X Factor Malta hekk kif Alexandra Alden sejħet għal sing off bejn Francesca Borg u Jozi.

“Mhux faċli,” ikkummentat Alexandra għalkemm Howard deher ovvju li ma qabilx mad-deċiżjoni ta’ Alexandra li Jozi tieħu s-siġġu ta’ Francesca li issa nqalgħet mill-kompetizzjoni.

10:46pm

“Kulħadd jaħseb li ħaqqu s-siġġu,” ikkummentat Jozi li interpretat Take Me To Church ta’ Hozier. Żiedet tgġid li din hija logħba u li finalment hi “survival of the fittest”.

“Għandek vuċi tremenda,” qalilha Howard li però ħass li mhux konvint u ssuġerixxa li ssir sing off biex tieħu siġġu.

Ray ikkummenta fuq il-preżenza li l-mara għandha fuq il-palk filwaqt li Ira ħasset li għandha ħafna grinta u li ħaqqha siġġu.

“Nammira s-saħħa li għandek fuq il-vuċi,” qaltilha Alexandra waqt li sejħet għal sing off bejn Jozi u Francesca.

Min minnhom se jinqala?

10.31pm

Edward Abdilla huwa l-parteċipant ta’ qabel tal-aħħar li ħassu eċċitat li kien se jkanta quddiem udjenza kbira bħal din.

Hi wassal il-kanzunetta mashup ta’ Believer u Stressed Out.

Minkejja l-eċċitament tiegħu, l-udjenza bdiet tkompli ma’ Abdilla waqt il-prestazzjoni tiegħu.

“Prosit Edward. Kienet prestazzjoni tajba. Ħaqqek siġġu,” qallu Howard filwaqt li Ray qallu li għandu “vuċi inkredibbli”.

Ira wkoll kienet kuntenta u qaltlu “Bravu” bħala kumment għall-wirja tiegħu.

Alexandra finalment trid tieħu d-deċiżjoni u assolutament riedet ittih siġġu. Imma flok min?

Id-deċiżjoni ta’ Alexandra hija li huwa jieħu s-siġġu numru 1 u b’hekk jieħu post Mark Morales, li issa spiċċa mill-kompetizzjoni.

10.26pm

Jonqos żewġ parteċipanti wara Benjamin Attard, li jemmen li ħaqqu jasal sal-Judges Houses. Huwa nterpretata l-kanzunetta Iris ta’ Goo Goo Dolls. Alexandra dehret kuntenta bl-għażla ta’ din il-kanzunetta.

“Jogħobni ħafna t-ton tal-vuċi tiegħek,” qallu Howard, li qallu wkoll li jinsab bejn ħaltejn dwar jekk għandux jgħaddi jew le. Ray għoġbitu din il-prestazzjoni. Ira innuttat bil-kontroll li l-parteċipanti kellu fuq il-vuċi u l-kontroll fuq l-udjenza.

“Nara diffikultà flok min se tkun. Hija diffiċċli. Ma rridx inkun fil-pożizzjoni ta’ Alex,” kompliet tgħid Alexandra.

“Għoġbitni l-kanzunetta li hi għażilt,” qaltlu Alexandra, li però mhix konvinta li għandu jwassal sal-Judges Houses.

Għalhekk waqfet hawn il-parteċipazzjoni ta’ Benjamin fil-kompetizzjoni.

10.19pm

“Ilni 6 snin wieqfa u ma kantanjtx imkien ieħor tul dan iż-żmien. Għalijja dan huwa comeback,” ikkummentat Celine Agius li kantat Back to Black ta’ Amy Winehouse.

“Il-ħoss tal-vuċi tiegħek tant hu distint, u huwa stil. Int taf min int u jien naf li int ħaqqek siġġu u rrid narak fil-live shows,” qalilha Howard.

Ray Mercieca qal li hija parteċipanta li kulħadd jibqa’ jiftakar waqt li f’kelma waħda Ira qaltilha “Bravissima”.

“Int unika,” qaltilha Alexandra, u żiedet tgħidilha li hija l-X Factor.

“Minttix se titlaq mingħajr siġġu,” iddikjarat Alexandra hekk kif wara ftit sekondi iddeċidiet li Celine għandha tieħu s-siġġu li ftit minuti qabel tat lil Rhys Fiteni.

“Mhux faċli, iżda ċerta li d-deċiżjonijiet tiegħi huma tajba,” qalet Alexandra hekk kif l-udjenza infexxet tibbuwja lil Alex.

10:15pm

“Li wasalt hawn hu mument sabiħ,” saħaq Rhys Fiteni li wkoll tela’ fuq il-palk biex iwassal kanzunetta oriġinali miktuba minnu.

Il-parteċipant li tgħallem il-mużika waħdu ippreżenta Reflections in the Moonlight, silta li ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku, li ċapċpet tul il-kanzunetta kollha.

“Kanzunetta oriġinali. Jekk irridu l-varjetà għandna l-varjetà,” qal Howard li saħaq li issa Alexandra kellha biċċa xogħol iebsa. Ray qal li dejjem japprezza artisti li jippreżentaw mużika oriġinali. Ira emmnet ukoll li Alexandra għandha biċċa xogħol iebsa quddiemha.

Iżda Alexandra ma taqbilx. Bħalt-tlett membri tal-ġurija tħoss li hu ħaqqu siġġu u għalhekk hu ħa s-siġġu numru 4.

Għal Derrick Schembri l-vjaġġ tiegħu f’X Factor waqaf hawn.

9.56pm

 “L-isbaħ mument fil-kompetizzjoni kien meta kantajt ma’ Destiny u Michelle,” ikkummentat Chantal Catania li llum għażlet li tipparteċipa fil-kompetizzjoni bil-kanzunetta You Had Me ta’ Joss Stone. Litteralment l-udjenza qamet fuq tagħha u nfexxet f’ċapċip u qal li jaraha fil-live shows.

Ray impressjonat u jitlob il Chantal biex tkanta silta mill-kanzunetta li kienet interpretat biċċċa minn Le Vie en Rose li kienet kantat fl-audition.

Ira wkoll sodisfatta u ammirat il-prestazzjoni li Chantal tat illejla. Imma f’dan l-istadju wasal l-aktar punt iebes u deċiżjoni xejn faċli biex tittieħed.

Alexandra wkoll ħasset li Chantal ħaqqha s-siġġu imma biex tagħmel dan trid taqla lil xi ħadd. L-udjenza għandha opinjoni iżda Alexandra temmen mod ieħor u tagħti lil Chantal is-siġġu numru tlieta.

L-udjenza tinfexx tibbuwja hekk kif tgħajjat biex Michelle tiddaħħal lura.

Iżda f’dan l-istadju d-deċiżjoni hija meħuda!

9.45pm

Paul Cuschieri ppreżenta Forests of White, kanzunetta li kiteb huwa stess u li tirrakkonta l-immaġinazzjoni li kellu fi tfulitu għall-vjaġġ li l-ħajja ħaditu fih.

“Paul, ma stennejthix din,” qallu Howard li stqarr li l-kanzunetta interessatu. Ammetta li qabel ma tela’ fuq il-palk kien konvint li ma ħaqqux siġġu, iżda issa kien jaħsibha mod ieħor.

Ray Mercieca saħaq li huwa dejjem jinkuraġixxi artisti biex jiktbu l-kanzunetti tagħhom. “L-oriġinalità hija ċ-ċavetta tal-futur u ninsab konvint li int għandek dak il-futur,” ikkummenta Ray.

Ira qalet li mhux faċli li titla’ fuq il-palk u twassal kanzunetta oriġinali li mhux fil-ġeneru tal-massa.

Anki Alexandra kuntenta u tixtieq tarah fil-fażi tal-Judges Houses.

“Sraqtilna l-immaġinazzjoni” qalu hekk kif tagħtu wkoll l-aħħar siġġu vojt li kien fadal.

Is-sitwazzjoni issa hi waħda kumplikata.

“Issa verament jibda l-inkwiet,” ikkumenta Ben Camille li jinsab minn wara ‘l knwinti.

9.39pm

“Inħossni eċċitat biex l-udjenza tkanta miegħi għal din il-kanzunetta,” lissen Kersten Graham qabel il-wirja tiegħu ta’ Suspicious Minds ta’ Elvis Presley.

L-udjenza irrispondiet għas-sejħa ta’ dan il-parteċipant biex tkompli miegħu waqt li hu jwassal il-prestazzjoni tiegħu.

Howard bla dubju li kien kuntent bil-wirja li għadu kif ra u bla dubju jħoss li ħaqqu siġġu. L-istess Ray li ħass li kienet tajba li jinvolvi l-udjenza.

“Għandek għajnejk qed ileqqu,” qaltlu Ira waqt li Alexandra mingħajr tlaqliq tagħtu l-ħames siġġu fil-kompetizzjoni. Jonqos siġġu wieħed biss. Il-kompetizzjoni waslet biex tibda tiħrax.

9.28pm

Matthew Vassallo qal li kuntent li s’issa wasal s’hawn u se jkanta bħala solista quddiem udjenza daqshekk kbira. Hu nterpreta l-kanzunetta I’ll Never Love Again ta’ Lady Gaga, li skont Alexandra kienet għażla interessanti.

Howard qallu mill-ewwel li għandu ton sabiħ u arjuż iżda mhux konvint bil-wirja li huwa kien għadu kif għamel. Iħoss però li għalissa ħaqqu siġġu. Ray stqarr li japprezza dak li Matthew għamel s’issa kemm ilu fil-kompetizzjoni waqt li Ira ħasset li llum huwa għamel pass lura.

“Jekk jirnexxielek tieħu dak is-siġġu u tgħaddi għall-fażi li jmiss trid tagħti ħafna aktar,” kien il-kumment ta’ Ira.

Alex però mhux konvinta, u minkejja l-pressjoni ta’ Howard biex Matthew jimxi għall-fażi li jmiss, Alexandra ma ħassitx li kellha ttih siġġu.

Matthew b’hekk illejla huwa l-ewwel eliminat mill-kompetizzjoni.

9:23pm

Għal Derrick Schembri din hija l-ewwel darba quddiem udjenza daqshekk kbir. Huwa wkoll eċċitat hekk kif wassal l-interpretazzjoni tiegħu ta’ Can You Feel The Love Tonight.

“Aħna kellna pjan għalik biex tkun fi grupp,” qallu Howard li żied jgħid li dan il-pjan ma rnexxiex. Iħoss li l-istil tiegħu hu xi ftit antikwat.

Ray faħħar il-wirja tiegħu filwaqt li Ira stqarret li hija impressjonata bil-mod kif jikkontrolla l-vuċi tiegħu għal wieħed li tħarreġ waħdu fil-vuċi.

Alexandra tgħidlu li tħossu xi ftit mitluf dwar x’qed jiġri fix-xena mużikali. Tħoss li bi ftit għajnuna kapaċi jimxi ‘l quddiem u Derrick ingħata r-raba’ siġġu.

9.17pm

“Ninsab eċċitata,” ikkummentat Michelle Ellul qabel il-wirja tagħha li kienet dedikata liż-żewġ uliedha li wkoll kienu preżenti fis-sala. No One ta’ Alicia Keys hija l-kanzunetta li hija kantat għal din il-fażi tal-kompetizzjoni tal-X Factor.

“Naħseb li teknikament stajt mort aħjar,” ikkummentat hi eżatt wara li spiċċat waqt li fl-isfond kien jinstema’ l-għajjat tal-udjenza biex tingħata siġġu.

Howard stqarr li ħa qatgħa meta qaltilhom li kienet se tkanta kanzunetta ta’ Alicia Keys. Fil-fehma tiegħu ħaqqha s-siġġu.

Min-naħa tiegħu Ray qal li beża’ li l-eċċitament tagħha kien se jirbaħ fuq il-wirja li tat. Però kien ukoll kuntent u bħal Howard ħass li ħaqqha siġġu.

Iar wkoll faħħret il-wirja tagħha u Alexandra xejn inqas.

L-għajjat ta’ “siġġu siġġu” kompla jiddomina  s-sala u t-tielet siġġu mar għal Michelle.

9.06pm

“L-iktar ħaġa li qed inżomm f’moħħi hija li noħroġ storja minni, li nġiegħel lil Alex u lill-udjenza jħossu dak li qed nipprova nħoss jien fuq il-palk,” ikkummentat Francesca Borg qabel ma nterpretat is-silta Rise Up.

Il-kantanta emozzjonat ruħha u emozzjant lil Ira wkoll!

“Trid tintilef aktar fil-kanzunetta u l-espressjoni fuq wiċċek trid tkun aktar serena,” qalilha Howard waqt li Ray irrimarka li hija għażlet l-aħjar kanzunetta għall-vuċi tagħha. Ira wkoll kuntenta u bħaż-żewġ membri l-oħra tal-ġurija, taqbel li ħaqqha siġġu.

Alexandra bla dubju li hija kuntenta wkoll bil-prestazzjoni li t-tfajla tat illejla u għalhekk it-tieni siġġu għadda għand Francesca.

9.02pm

Mark Morales huwa l-ewwel parteċipant tal-lejla, li qal li ma kellux wisq aspettativi li se jgħaddi biex ma jkollux diżappunti.

“Inħossni rilassat,” qal hu qabel ma nterpreta l-kanzunetta Gravity ta’ John Mayer. Bla dubju li din kienet waħda mill-aħjar prestazzjonijiet tiegħu f’din il-kompetizzjoni.

“Togħġobni l-preżenza tiegħek fuq il-palk,” qallu Ray wara li Howard qal li hu jħoss li kellu jingħata siġġu. Ira wkoll faħħret il-wirja tiegħu u kkummentat lil trasmetta l-pożittività.

Iddeċiżjoni issa f’idejn Alex li għalkemm ħasset li fadallu xi ftit ieħor x’jaqdef, tagħtu l-ewwel siġġu.

9pm

Illum il-ballun jinsab f’saqajn Alexandra Alden hekk kif jikkompetu dawk li hemm fil-kategorija tal-Overs. Sitta minnhom se jgħaddu għall-fażi tal-Judges Houses.

Alexandra tħares lejn dawn bħala nies li għandhom aktar esperjenza tal-ħajja u tinsab ħerqana li taħdem ma’ dawk li lesti jieħdu l-pariri tagħha biex ikomplu jimxu ‘l quddiem.

“Qed infittex kariżma, preżenza, passjoni u dedikazzjoni,” qalet Alexandra lill-parteċipanti hekk kif issa jibda ċ-Chair Challenge.

Tibda l-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta!