Live: Filmat: L-ewwel fażi tal-Judges Houses ta’ X Factor

Ira Losco mal-parte`ipanti li waslu sal-Judges Houses

10.44pm

“Għandi fiduċja li ma tiddiżappuntanix,” kien il-kliem li Ray qal lil Kyle waqt li għarrfu li se jkun qed jieħdu miegħu fuq il-live shows.

It-tlieta issa huma magħżula.

10.43pm

Ray igħid lil Matt Blxck li kemm ilu jsegwih fil-kompetizzjoni ma nnutax xi mod differenti at’ stil għax dejjem baqgħu jwassal l-istess stil u movimenti. Ray ma jħossx li hwua l-waqt għalkemm jagħti kuraġġ liż-żagżufgħ li fadallu fejn jikber bħala artist.

Għal Matt Blxck tieqaf hawn, hekk kif issa jonqos l-aħħar post li ovvjament  se jmur għand Kyle.

10.41pm

Giovanni wkoll quddiem Ray. Jikkummenta dwar il-kapaċitajiet tiegħu iżda ma jħossx li dan iż-żagħżugħ jinsab lest biex imur fil-livell li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.

Jonqos tnejn biss u post wieħed. Se jkun Matt Blxck jew se jkun Kyle li jgħaddi għal-live shows?

10.38pm

Karl Schembri mpressjona sew iżda Ray jaqsam miegħu ċertu tħassib pero jara l-artist li hemm fih u għalhekk mingħajr wisq aktar tlaqliq jgħid lil Karl li kien se jieħdu meigħu fuq il-live shows li se jibdew f’Jannar.

“Qatt ma kelli ċ-ċans qabel bħal dan,” kien il-kumment finali ta’ Schembri.

10.35pm

Dav.Jr huwa t-tieni wieħed li ngħata l-ġudizzju. Ray ifaħħru bħala artist iżda jinkwietah il-fatt hu jħoss li jrid isaħħaħ irrepertorju tiegħu. Jgħidlu wkoll li jemmen li se jkun qed ajqsam il-qlub… u se jkun qed jieħdu miegħu fuq il-live shows. Prosit Dav Jr.

Issa jonqos tlett parteċipanti iżda żewġ postijiet. Min se jkunu li jmorru għal-live shows flimkien ma’ Ray?

10.33pm

Jurgen huwa l-ewwel wieħed quddiem Ray, li qallu li għandu vuċi tajba u preżenza tajba fuq il-palk u li jemmen li għandu futur fix-xena mużikali lokali, però ma jħossx li għadu l-waqt li jieħdu miegħu fuq il-live shows ta’ Jannar.

Jurgen huwa l-ewwel eliminat minn din il-kategorija.

10.25pm

Ray jgħid li kienet għażla diffiċli. Nistennew biex naraw min huma t-tleita li hu se jieħu miegħu fuq il-live shows.

10.24pm

Is-sitta li huma kantaw u Ray u Amelia issa qed jiddiskutu dak li raw. Hija għandha t-tlieta li temmen li għandhom ikunu fil-live shows u donnu li Ray qed jaqbel magħha.

Deliberation Boys | Judges Houses | X Factor Malta S02

It's deliberation time for Ray Mercieca and Amelia Lily. Who do you think deserves a place at The Live Shows? Let us know in the comments section BELOW! 👇👇CLIP BROUGHT TO YOU BY 202 Jewellery#XFactorMalta

Posted by X Factor Malta on Sunday, December 22, 2019

Min huma t-tlieta li se jgħaddu għall-live shows?

10.20pm

“Bħala klassiku ma kienx hemm fil-live shows is-sena l-oħra u lanqas hemm din is-sena”, ikkummenta Karl Schembri hekk kif qal ukoll li jħoss li jemmen li għandu jkun hu wieħed minn dawk li Ray jagħżel għall-fażi li jmiss.

Hu wassal l-interpretazzjoni tiegħu ta’ Con Te Partiro.

Amelia spiċċat b’ħalqha miftuħa u tant emozzjonat ruħha li qammet tgħannaq lil dan il-parteċipant waqt li kkummentat li kien moment maġiku dak il-waqt li semgħet lil Karl kanta.

10.18pm

“Li qiegħed hawn illum tfisser ħafna għax il-mużika hija ħajti. Artist biex jasal għandu jkollu l-passjoni u d-detminazzjoni” ikkummenta Kyle qabel ma nterpreta l-kanzunetta Lay Me Down ta’ Sam Smith.

“Wow!” qaltlu Amelia waqt li qalet li kienet impressjonata.

Awguri Kyle!

10.15pm

Matt Blxck qal li hu jħossu preparat u kunfidenti hekk kif illum qed jingħata ċ-ċans ieħor biex juri x’jista’ joffri bħala artisti u li kien se jagħti l-iktar li jista.

Matt wassal l-interpretazzjoni tiegħu tal-kanzunetta 3 Nights ta’ Dominic Fike.

“Mill-ewwel auditions sa issa dejjem stennejtu li jippreżenta xi ħaġa differenti iżda dejjem spiċċa biex weħel fl-istess stil u fl-istess movimenti,” irrimarka Ray hekk kfi forsi tista’ titqies bħala indikazzjoni dwar kemm hu dubjuż li Matt jgħaddi għall-fażi li jmiss.

10.13pm

Dav. Jr qal li hu eċċitat għax kien se jippreżenta xogħol tiegħu, kanzunetta li huwa kiteb u li hu wassal billi daqq ukoll il-kitarra. Wirja li spiċċat biċ-ċapċip u li qala’ kliem ta’ tifħir minn Amelia.

“Tassew jogħġobni,” qalet hi lil Ray Mercieca.

9.58pm

Jurgen Volkov hu t-tieni parteċipant li qal ma tista tikkumparah ma xejn il-fatt li n-nies u l-ġurija tawh biex jasal s’hawn. “Trid tibqa’ umli u tagħmel xogħlok kif suppost,” qal hu qabel ma wassal l-interpretazzjoni tiegħu ta She Will Be Loved ta’ Maroon 5.

Din il-wirja niżlet tajjeb ma’ Amelia għalkemm f’dan l-istadju għadu kmieni biex wieħed jaħseb min huma dawk it-tlieta li se jgħaddu għall-fażi li jmiss.

9.56pm

Giovanni jiftaħ din il-parti tal-kompetizzjoni li qal li huwa eċċitata iżda jħossu aħjar milli kif ħassu fil-fażi taċ-Chair Challenge. Hu ppreżenta l-kanzunetta oriġinali Popular. Sostna li jemmen li għandu jintgħażel għax għandu xi ħaġa differenti x’joffri.

Amelia tgħid li għoħobha iżda għal mistoqsija ta’ Ray jekk tarahx fil-finali, hi ma tikkummenta xejn.

Nistennew!

9.53pm

Imiss il-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni b’Ray Mercieca jintroduċi lil Amelia Lily, li kklassifikat fit-tielet post tal-X Factor UK bħala l-mistiedna tiegħu.

L-istess bħal ma rajna fl-ewwel parti tal-programm hemm sitt kantanti iżda tlieta biss li se jgħaddu għall-fażi tal-live shows.

9.43pm

Karin Duff u Justin Shorfid huma l-aħħar tnejn.

Ira tħoss li Karin mhux lesta biex tkompli f’din il-kompetizzjoni u dan ifisser li hija Justine Shorfid li issa se tkun qed tingħaqad ma’ Destiny u Jasmine għall-fażi tal-live shows.

9.40pm

Jasmine Abela hi l-parteċipanta l-oħra li dehret quddiem Ira. Lil din l-artista tirrimarka li llum rat il-versatilità tagħha u tiżvela li Louisa Johnson kienet impressjonata biha wkoll. Għalhekk tgħidilha li tixtieqha li tkun waħda mit-tlett tfajliet li minn din il-afżi se jgħaddu għall-live shows.

9.38pm

Is-sena l-oħra Gail Attard waslet sas-Six Chair Challenge. Ira tirrimarka li hemm artista ġo fiha iżda b’xi mod jew ieħor hemm xi ħaġa li din l-artista qed tinħeba wara xi ħaġa. Issuġġeritilha biex titgħallem minn dak li qed tgħidilha.

Għal Gail waqfet hawn l-avventura tagħha f’X Factor.

Jonqos tlett parteċipanti u żewġ postijiet oħra.

9.29pm

Marija Bellia hija t-tieni waħda quddiem Ira. Tgħidilha li llum nnuttat ċerta biża’ fiha. Qaltilha li l-fatt li hija persuna li tikteb il-mużika tagħha, hija bniedma li tippromett ħafna.

Għal Marija din il-fażi ta’ X Factor hija l-aħħar waħda f’din il-kompetizzjoni.

9.26pm

Ira tkellem lil Destiny. Tistaqsiha jekk hix lesta li tieħu tiskju u tipprova tesplora ġeneri differenti. Ir-risposta ta’ Destiny hija li lesta li taħdem ma’ Ira u għalhekk Ira tgħidilha li se teħodha magħha fil-live shows. Prosit Destiny!

Issa nistennew biex naraw min se jkunu t-tnejn l-oħra li se jgħaddu!

9.27pm

Is-sitt kantanti tfajliet kantaw u issa ġej il-mument xejn faċli għal Ira u Louisa peress li tlieta biss iridu jgħaddu għall-fażi li jmiss.

Deliberation | Girls Judges Houses | X Factor Malta

Judge Ira Losco and Guest Judge Louisa are deliberating. Who do you think will make it to Live Shows? Get commenting BELOW 👇👇👇👇#XFactorMalta

Posted by X Factor Malta on Sunday, December 22, 2019

“Hemm tnejn partikolari li laqtuni filwaqt li hemm oħra li għadni minix ċerta,” ikkummentat Louisa waqt li Ira qalet li kompliet tikkonvinċi ruħha fuq ċerti kontestanti.

Ira u Louisa tkellmu bejniethom u issa ġej il-mument biex inkunu nafu minn min dawn is-sitta se jgħaddi għall-fażi li jmiss.

9.21pm

“Ma stajtx nemmen li ħadt dak is-siġġu. Li kulħadd jemmen fik huwa feeling indeskrivibbli,” kien il-kumment ta’ Justine Shorfid qabel ma nterpretat Crazy in Love ta’ Beyonce.

Ira u Louisa ħadu pjaċir bil-wirja ta’ Justine u Louisa kkummentat li Justine faċilment setgħet kienet fuq palk kbir biex wasslet dik is-silta.

9.19pm

Price Tag ta’ Jessie J hija l-kanzunetta li kantat Jasmine Abela li qalet li tħoss li għandha tgħaddi għax lesta li taħdem aktar u lesta biex tisma’ kull parir li jtuha.

“Li kantajt quddiemhom kien ta’ unur kbir,” ikkummentat wara Jasmine filwaqt li Ira u Louise faħħrul-kapaċitajiet vokali tagħha u anki l-preżenza ta’ din il-kantanta żagħżugħa.

“Ħadt pjaċir li ġiet hawn u tatna xi ħaġa differenti,” irrimarkat Ira.

9.09pm

“Trid temmen fik innifsek,” qalet Destiny Chukunyere li waslet l-interpretazzjoni tagħha ta’ It’s A Man’s Man’s World.

Destiny ħassitha eċċitata, waqt Louisa rrimarkat li Destiny hi kantanta li taf xi trid, waqt li Ira qaltilah li b’Destiny huwa dejjem important li toffrilha sfida għall-pass li jmiss.

9:07pm

Marija Bellia tħoss li hija differenti għax iddoqq strument live u tikteb il-mużika tagħha. Temmen li bħal ma għaddiet mill-fażijiet ta’ qabel, tista’ tgħaddi minn din il-fażi wkoll.

Illejla rajniha tinterpreta All I Ask ta’ Adele.

Louisa u Ira ħadu gost bil-prestazzjoni ta’ Marija waqt li Louisa kkummentat dwar il-fatt li kienet qed iddoqq instrument ukoll.

9:04pm

Għal Karin Duff din hija l-fażi li weħlet fiha s-sena l-oħra meta kienet qegħda tieħu sehem fl-ewwel staġun tal-X Factor Malta.

Hija interpretat Don’t You Remember ta’ Adele. Ira rrimarkat li Karin għamlet progress mill-ewwel edizzjoni waqt li Louisa qalet li mhux faċli biex xi ħadd ikanta silta mużikali mir-repertorju ta’ Adele.

9:01pm

Gail Attard hija l-ewwel waħda li se tkanta quddiem Ira u Louisa.

“Nemmen li fil-kanzunetti tiegħui noħroġ ħafna l-emozzjoni u nkanta bil-passjoni u noffri l-varjetà fil-kanzunetti” ikkummentat it-tfajla qabel ma wasslet l-interpretazzjoni tagħha ta’ Love the Way You Lie to Rihanna u Eminem.

Ma’ tmiem il-prestazzjoni tagħha Louise nnuttat li l-kantanta kienet eċċittata iżda fl-istess waqt ħassitha qisha kienet  qegħda tipprova tlesti minn din il-wirja.

Ira u Louisa jaqblu li Gail irnexxielha tikkontrolla n-nervi tagħha.

9.00pm

Ira mhux se tkun weħidha u magħha se jkollha bħala mistiedna lil Louisa Johnson, rebbieħa ta’ X Factor UK fl-2015. Ikkollaborat ma’ Olly Mars, Clean Bandit u riċentement ma’ Sigma.

Is-sitt parteċipanti huma entużjasti u konvinti li din l-artista se tifhem l-eċċitament li huma għandhom fuqhom issa li waslu sa din il-fażi.

8.57pm

Wara li fl-aħħar ġimgħat rajna tlett fażiijiet mill-kompetizzjoni ta’ X Factor tibda l-fażi tal-Judges Houses, li nistgħu inqisu bħala l-aħħar tarġa għal sitta mit-tnax-il parteċipanti tal-lejla qabel jitilgħu fuq il-palk tal-live shows li jibdew minn Jannar. Illejla jmiss lil Ira Losco u Ray Mercieca bil-kategoriji tagħhom tal-kantanti bniet u ġuvintur.

Ira qalet li dawk it-tlieta li se tieħu magħha fuq il-live shows iridu jkunu versatili, kunfidenti u li vera jriduha din il-ħaġa.