Qtil Ċikonji: Raġel ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

BirdLife Malta

Tressaq raġel il-Qorti b’rabta mal-qtil taċ-ċikonji fil-jiem li għaddew.  Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli.

16:09 Il-każ ġie mibgħut biex ikun assenjat skont il-liġi.

16:09 Il-Qorti ma aċċettatx it-talba tal-avukat difensur biex l-akkużat jinħeles mill-arrest.

16:07 Skont l-avukat difensur, l-akkużat ġie mressaq qabel ma nġabret biżżejjed informazzjoni.

16:06 Il-Maġistrat titlob lill-Pulizija jelabora fuq il-każ.

16:04 L-avukat difensur jgħid li r-risposta akkademikament hija insolenti. Mhix risposta li tillimita l-ħelsien mill-arrest.

16:02 L-avukat difensur jgħid li wieħed irid joqgħod attent qabel ma jaqbad u jarresta lil persuna u jżommha l-ħabs fuq qtil ta’ tajra madankollu mhux jilleġittima dak li sar.

16:00 Il-Pulizija qed tgħid li jista’ jkun hemm xhieda pajżana biex jixhdu

15:59 Il-Maġistrat Audrey Demicoli tidħol fl-Awla

15:57 Jidħol l-akkużat fl-Awla numru 9