Filmat: Irridu nkunu aktar disponibbli biex ngħinu n-nies – Falzon

Read in English.

LIVE: Il-Ministru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali Michael Falzon b'aġġornament dwar il-benefiċċji soċjali relatati ma' COVID-19

LIVE: Il-Ministru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali Michael Falzon b'aġġornament dwar il-benefiċċji soċjali relatati ma' COVID-19

Posted by MaltaGov on Wednesday, April 29, 2020

Il-Ministru għas-Solidarjeta’ Soċjali Michael Falzon qal li l-Ministeru tiegħu jrid ikun aktar disponibbli biex jgħin lin-nies.

Falzon qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ntqal li n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-benefiċċji qed jonqsu. S’issa daħlu 9,095 talbiet li minnhom inħadmu 8,793 (96.7%). L-ispiża f’dan ir-rigward s’issa kienet ta’ €5.8 miljun li tinkludi l-ħlas tal-bolla.

Minn fejn ġejjin in-nies li qed japplikaw?

  • 84.% minn Malta
  • 6.7% mill-UE
  • 1.2% mill-Ingilterra
  • 7.2% pajjiżi oħra (eskluża l-Afrika)
  • 0.5% minn pajjiżi Affrikani

Hemm 64 nazzjonalità differenti.

S’issa daħlu 53,000 email għand il-Ministeru.

Fuq il-helpline għall-persuni li jħossuhom waħedhom irċeviet aktar minn 2,000 telefonata. Saru wkoll 5,000 telefonata permezz ta’ Skype mir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule.

Il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali qassmet 10,000 kaxxa bi prodotti essenzjali lill-familji vulnerabbli fid-djar tagħhom.

Fost dawk li tħallsu llum hemm 5,454 persuni li reċevew il-benefiċċju tal-ġenituri. Hemm 165 persuna oħra i waqqfu l-benefiċċju u rritornaw għax-xogħol. Intqal li s’issa ġew salvati 89,000 impjieg.

Il-Ministru Falzon qal li persuna minn kull sitta li qed tapplika għal xi benefiċċju hija barranija. Qal li dan juri li l-iskemi qed jilħqu lil ħafna nies, però qal li mhux qed jilħqu lil kulħadd.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn