Follow Up: Espert jgħidilna x’instab fl-Art Imqaddsa taħt l-art

Il-programm Follow Up tat-Tlieta 17 ta' April fuq RTK 103FM u live-stream ta' Newsbook.com.mt jiftaħ b'diskussjoni ma' Fr Josef Briffa dwar L-Art Imqaddsa ta' taħt l-art. 
Wara, nsegwu intervista ma' Giulia Privitelli dwar wirja ta' Picasso u Mirò
Fit-tieni parti, nsegwu intervista ma' Nadia Delicata dwar "il-kiri tal-ġuf". 
Simone Vella Lenicker titkellem dwar l-Avviż Legali li jagħmel legali l-kmamar tan-nar li nbnew qabel l-1994. 
Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono. Follow Up jixxandar kuljum bejn l-4:30pm u s-6pm fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt