Filmat: “Malta se tgħaddi t-test tal-MONEYVAL” – il-PM Abela

Read in English.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li Malta se tgħaddi t-test tal-MONEYVAL li huwa d-dipartiment tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

Huwa qal dan fost l-eforija tad-delegati tal-Partit Laburista filwaqt lil qal li Malta se tgħaddi minn dan it-test bl-istess mod li għaddiet mir-rapport tal-Kummissjoni Venezja dwar is-saltna tad-dritt u bl-istess mod tal-pandemija tal-COVID-19.

Huwa qal li ma jkunx sodisfatt jekk Malta tgħaddi dan it-test bi żbrixx u għaldaqstant faħħar lill-Grupp Parlamentari għal din l-isfida għax qal b’ċertezza li t-test tal-MONEYVAL se jkun pożittiv.

Allegazzjonijiet fuq membri tal-Kabinett

Il-PM tkellem dwar xnigħat u qal li hemm min huwa interessat li jkun jaf “min mar fis-sodda ma’ min”. Dan wara li Paul Caruana Galizia u Corinne Vella, iben u oħta il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia qalu li individwi fil-Kabinett kellhom x’jaqsmu ma’” Yorgen Fenech, l-akkużat bil-kompliċita u l-organizzazzjoni tal-assassinju ta’ Caruana Galizia. Fuq twitter huma qalu li Junior Minister kellu jew kellha x’taqsam sesswalment ma’ Fenech.

Il-PM saħaq li lill-individwi ma nattakawhomx għax qal li l-attakk għandu jsir fuq l-argumenti.

Fost iċ-ċapaip ta’ dawk preżenti, il-PM stqarr b’vuċi għolja li se jkun qed jiddefendi lill-Kabinett “minn attakki li ma jagħmlu ebda sens”. Il-PM qal li fejn kien hemm bżonn ta’ deċiżjonijiet iebsin ħadhom iżda qal li se jkun qed jiddefendihom jekk ma jkunx hemm bżonn ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

L-elezzjoni għall-Deputat Mexxej għat-18 ta’ Lulju

Dan se jitlaqqa’ fit-teatru Rialtò f’Bormla. Id-delegati tal-Konferenza Ġenerali approvaw emenda fl-istatut dwar il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista biex b’hekk għal dan l-irwol ma jkunux jistgħu jikkontestaw deputati Parlamentari.

Il-Kap Kummissarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-PL Dean Hili spjega l-proċess li bih se jimxi l-proċess elettorali intern. Huwa qal li għada l-Ġimgħa 3 ta’ Lulju se jibdew jintlaqgħu n-nomini u dan jibqa’ għaddej sal-5 ta’ Lulju.

L-elezzjoni għall-ħatriet interni kif ukoll dik ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista se ssir fit-18 ta’ Lulju bejn id-9am u nofsinhar.