Filmat: “Aħna l-istat; Aħna rridu niddefendu lilna nfusna” – Borg Cardona

 

 

Andrew Borg Cardona, sieħeb tax-xogħol ta’ żewġ Daphne Caruana Galizia, u ħabib tal-familja, qal lin-nies miġbura quddiemu li l-popku jifforma l-istat, u għalhekk huwa l-poplu li jruid jipproteġi lilu nnifsu.
Kmieni waranofsinhar mijiet ta’ persuni nġabru quddiem il-Qorti sabiex jitolbu li ssir ġustizzja mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li lbieraħ għall-ħabta tat-3pm mietet xħin il-karozza li kienet fiha splodiet.
Hekk kif il-folla bdiet tinġabar, kienu diversi r-reazzjonijiet tan-nies.
Min joħodha kontra xi ġurnalisti, min jesprimi r-rabja għal dak li ġara, u min sempliċiment josserva.
Kien hemm preżenti bosta membri parlamentari u avukati.
Borg Cardona qal lil Newsbook.com.mt li dak li hemm ħafna teoriji dwar x’ġara lbieraħ, iżda l-verità hi li l-pajjiż huwa mhedded.
Filwaqt li qal li ma nafux minn min hu mhedded il-pajjiż, jew min għandu jsolviha, l-importanti hu li l-poplu jiddefendi lilu nnifsu.
Hu għalhekk li l-avukati telgħu t-taraġ tal-Qorti u indirizzaw din il-protesta, kompla l-avukat.
“L-istat irid jiddefendi lilna, u aħna l-istat”, kien il-kumment li tenna Borg Cardona.
Żied jgħid li l-istat ma ddefendiex lil Daphne Caruana Galizia, u issa f’idejn il-bqija tal-poplu li jiddefendiha.
“Jien ma jien ħadd, avukat biss, però qiegħd hawn għax hua dover tagħna nitolbu l-istat jiddefendikom u lilna”, qal waqt l-indirizz tiegħu.
Qal li kulħadd jaħti għax nippretendu li kulħadd jagħmel l-affarijiet għalina, iżda aħna għandna nipproteġu lilna nfusna.
Fakkar f’dak li ġara lil Raymond Caruana, u kompla jgħid li hu l-istess tip ta’ simbolu, li isssa ssarraf fil-qtil ta’ omm.
Sadanittant, ftit qabel ma tkellem Borg Cardona, Jeremy Cassar Torreggiani, persuna li ilha mal-40 sena tistenna biex jinqatgħalha każ il-Qorti, approfitta mill-fatt li kien hemm il-protesta biex iberraħ kemm ilu jistenna, u waqt minnhom indirizza l-aktar bil-għajjat lill-Membri Parlamentari Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia.
Michael Briguglio, eks­-Ċermen tal-Alternattiva Demokratika, qal ma’ Newsbook.com.mt li jekk l-istat mhux kapaċi jipproteġi lin-nies, mela n-nies fl-awtoritajiet relevanti għandhom jirriżenjaw.
Mistoqsi jispeċifika min huma dawn il-persuni, Briguglio qal li l-Ministru għas-Sigurtà Interna, Michael Farrugia, il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, u l-Prim Ministru, Joseph Muscat għandhom jirriżenjaw.
Ritratt: Ian Noel Pace