Filmat: Delia u Grech jiddibattu; il-votazzjoni tal-PN tintemm is-Sibt

Dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għall-Elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista | it-Tieni parti

Dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għall-Elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista | it-tieni parti

Posted by NET Television on Tuesday, September 29, 2020

Read in English.

Iż-żewġ kandidati għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia u Bernard Grech, ħadu sehem f’dibattitu organizzat mill-Kummissjoni Elettorali tal-PN hekk kif il-votazzjoni tintemm nhar is-Sibt li ġej.

Kważi nofs il-votanti eleġibbli f’din l-elezzjoni interna tal-PN ivvutaw bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda filwaqt li n-nofs l-ieħor jistgħu jivvutaw bejn għada l-Erbgħa u s-Sibt li ġej f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex.

Il-programm fuq Net Television inkluda filmati ppreparati mill-kampanji taż-żewġ kandidati. Id-dibattitu tmexxa mill-Assistent Editur ta’ Times of Malta Matthew Xuereb.

21:43 Il-programm jintemm. Grazzi talli segwejtu Newsbook.com.mt.
Beppe Galea
21:39 Adrian Delia jtemm id-dibattitu jwissi biex il-poplu jirrispetta dak li jgħidu t-tesserati filwaqt li qal li t-terminu tiegħu kien għal ħames snin.
Beppe Galea
21:35 Id-dibattitu jasal fi tmiemu. Bernard Grech ifakkar lit-tesserati fil-proposti tiegħu u jgħid li bagħthom fid-djar tat-tesserati bil-posta.
Beppe Galea
21:21 Adrian Delia u Bernard Grech iwieġbu dwar il-viżjoni tal-PN għal Malta.
Beppe Galea
21:12 Jixxandar filmat dwar Adrian Delia li beda b'rendikont tal-ħidma tiegħu bħala kap f'dawn l-aħħar tliet snin.
Beppe Galea
21:08 Id-dibattitu jkompli b'filmat dwar il-kandidat Dr Bernard Grech.
Beppe Galea
20:55 Id-dibattitu jieqaf għal waqfa pubbliċitarja.
Beppe Galea
20:54 Qal li minħabba din il-probelma l-pajjiżi Ewropej ma jistmawx lil Malta anke fil-qasam tal-immigrazzjoni, u għalhekk skont Grech dawn lanqas iridu jitkellmu ma' Malta bis-serjetà.
Beppe Galea
20:53 Grech qal li Malta għandha problema ta' kredibbiltà qaliex qal li isem Malta mhux stmat tort ta erba' minn nies li ħatfu lill-Partit Laburista. Spjega li dawn ħatfu mhux biss l-istituzzjonijiet imma ħatfu wkoll kull fejn b'xi mod seta' jagħmel il-flus.
Beppe Galea
20:52 Bernard Grech qal huwa veru li aċċetta t-talba ta' Delia biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali għaliex xeba jara lill-PN nieżel fl-istħarriġ tal-oppinjoni pubblika u ried jagħmel xi ħaġa biex jgħin.
Beppe Galea
20:51 Delia tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni fejn qal li l-Gvern għamel rebuss f'dan is-settur u għalhekk il-PN jista' jkun alternattiva.
Beppe Galea
20:49 Adrian Delia qal li qed tikber il-faxxa ta' nies li tiddeċiedi l-elezzjoni għaliex m'għandhomx rabtiet ma' partit partikolari. Qal li l-PN qatt ma jista' jkun li jaċċetta l-korruzzjoni kollha li saret fl-aħħar tliet snin mill-Gvern Laburista.
Beppe Galea
20:48 Delia qal li l-PN qed jattira nies ġodda u semma l-eżempju ta' Bernard Grech li resaq fil-PN wara talba ta' Delia nnifsu.
Beppe Galea
20:45 Dwar kif il-PN jista' jattira talent ta' politiċi żgħażagħ, Bernard Grech qal kekk ma jkollokx għaqda ma tista' tibni xejngħaliex jekk ikollok partit mifrud ħadd ma jitħajjar jersaq lejn il-Partit.

Stqarr li ż-żgħażagħ diġà qiegħdin jersqu biex jgħinu fid-diskussjoni politika. Fl-istess waqt huwa qal li jrid nies li telqu lill-PN u dawn iridu li l-PN ikun kredibbli.
Beppe Galea
20:41 Grech qal li r-rispett ma jingħatax darba u l-appoġġ ma jingħatax darba u l-lealtà ma tingħatax darba imma trid kuljum takwistaha u kuljum taħdem għaliha. Qal li l-għaqda mhix biss fil-Grupp Parlamentari imma hemm l-organi tal-Partit, għandek il-Kumitati Sezzjonali fejn qal li anke dawn illum sfortunatament huma mitluqin, u skont Grech dawn huma 'l bogħod mit-tmexxija.
Beppe Galea
20:39 Delia jgħid li l-għaqda tiġi jekk ikun hemm rieda tajba miż-żewġ naħħat. Qal li ma jistax ikun hemm min irid l-għaqda u fl-istess waqt jgħid il-gideb.
Beppe Galea
20:36 Adrian Delia qal li huwa qatt ma kellu problemi finanzjarji. Fisser li t-taxxi qiegħdin hemm biex il-Gvern jagħmel distribuzzjoni tal-ġid b'mod ġust. Stqarr li dejjem iddikjara ċ-ċifri kollha ta' dħul li fuqhom kellu jħallas it-taxxa.
Beppe Galea
20:34 Mistoqsija dwar it-taxxa: Bernard Grech qal li kemm-il darba qal li seta' għamel l-affarijiet aħjar. Dwar it-taxxa li ma ddikjarax relatat ma' studenti tal-lingwa, Grech qal li dan kien nuqqas min-naħa tal-iskola u għalhekk kellha titħallas it-taxxa.
Beppe Galea
20:32 Il-programm ikompli bid-dibattitu li se jkun imexxi mill-Assistent Editur ta’ Times of Malta Matthew Xuereb.
Beppe Galea
20:26 Jibda jintwera filmat dwar il-kandidat Bernard Grech ippreparat mill-kampanja tiegħu.
Beppe Galea
20:21 Jibda l-programm b'filmat ta' 5 minuti dwar il-Kap tal-PN Adrian Delia. Il-filmat kien ippreparat mill-kampanja tiegħu.
Beppe Galea
20:12 Merħba fil-LIVE Blogg ta' Newsbook.com.mt għal dan id-dibattitu. Hawnhekk se nżommukom aġġornati minuta b'minuta b'dak li jkun qed jintqal. Il-programm jibda fit-8.20pm.
Beppe Galea

L-ewwel parti:

Dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għall-Elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista | l-ewwel parti

Dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għall-Elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista | l-ewwel parti

Posted by NET Television on Tuesday, September 29, 2020