Filmat: Delia jappella lill-Gvern biex jaħseb fit-tul kontra l-coronavirus

Read in English.

Konferenza tal-Ahbarijiet

Konferenza tal-Ahbarijiet

Posted by Adrian Delia on Saturday, 28 March 2020

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrain Delia appella lill-Gvern biex jaħseb fit-tul u jippjana għat-tliet xhur li ġejjin biex jikkumbatti l-imxija tal-coronavirus.

Meta kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet, Delia qal li l-Gvern fassal pjan u biddlu wara 4 t’ijiem, ħareġ tender fuq pre-fabricated hospital u rtirah wara jumejn.

Dwar dan l-isptar, Delia qal li l-PN se jimxi b’kwatela kbira u qed jittama li l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jkun trasparenti fuq din il-materja u jippublika l-investigazzjoni li qed issir fuq il-ħruġ tat-tender.

Huwa qal li filwaqt d-deċiżjoni li ħa l-Gvern biex l-anzjani ‘il fuq minn 65 sena u l-persuni vulnerabbli jibqgu ġewwa, hija waħda tajba, m’għandux pjan biex joffri s-support ħalli dawn il-persuni jibqgħu jgħixu ħajja normali bejn l-erba’ ħitan ta’ darhom.

Min-naħa tiegħu, d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi allega li t-tender li ħareġ il-Gvern dwar il-pre-fabricated hospital hu biss ta’ 5 paġni li l-kelliemi qabblu ta’ tender għal-latrina pubblika. Huwa qal li t-tender ma fih l-ebda specification dwar x’tip ta’ appart u teknoloġija trid tintuża’.

Il-MP tal-PN Karol Aquilina qal li Vitals u Steward Healthcare obligaw ruħhom li jinvestu mal-€179 miljun ewro fuq medda ta’ ftit snin. Qal li sal-lum ma kien hemm l-ebda titjib fl-isptarijiet ta’ San Luqa, Karin Grech, u ta’ Għawdex. Aquilina qal li kieku l-isptar San Luqa kien tranġa, Malta kien ikollha sptar ieħor bi kważi elf sodda fih.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn