Filmat: AĠ suppost iħares in-nies; jordna lill-Pulizija jimxu bil-mod fil-Panama Papers – Delia

Read in English.

Intervistat mill-gurnalist ta' NET News Francesco Catania

Intervistat mill-gurnalist ta' NET News Francesco Catania

Posted by Adrian Delia on Saturday, July 4, 2020

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li filwaqt li l-Avukat Ġenerali għandu jħares lin-nies dan minflok ordna lill-Pulizija biex jimxu bil-mod fl-investigazzjonijiet tagħhom dwar l-iskandlu tal-Panama Papers.

Delia qal dan waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon tal-partit tiegħu, NET. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-AĠ huwa mħallas mit-taxxi tan-nies biex jara li l-kriminalità ma ssirx. Saħaq li dan ordna lill-Pulizija biex timxi bil-mod ma jmrux jinstab xi politiku.

Filwaqt li l-Prim Imħallef Emeritu qal fil-Qorti li nota mill-Avukat Ġenerali tat il-parir lill-Pulizija biex tieħu l-investigazzjonijiet fil-Panama Papers bil-kalma, l-Avukat Ġenerali sostna ma’ Newsbook.com.mt li dan mhux minnu.

Delia tkellem ukoll dwar il-kawża li fetaħ biex iħassar il-kuntratt ta’ bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare. Tkellem dwar l-aħħar seduta li saret fejn telgħu jixhdu żewġ persuni mill-kumitat li għażel lil Vitals biex jieħu f’idejh tliet sptarijiet pubbliċi. Delia qal li ċ-Chairperson suppost kellu jtella’ pataflun ta’ dokumenti miegħu fil-Qorti. Qal li dan ma ġab xejn għax tkeċċa mill-kariga tiegħu u li m’għandux aċċess għalihom. Skont Delia, il-Qorti ordnat biex id-dokumenti jiġu ppreżentati fis-seduta li jmiss.

Delia tenna li l-Vitals kellha kapital ta’ elf ewro meta ntgħażlet mill-kumitat – l-ammont minimu li kumpanija jrid ikollha.

Il-Kap tal-PN staqsa għalfejn il-PM Robert Abela ma jridx iwaqqaf minnufih dak li ddeskriva bħala serq ta’ miljuni. Delia kompla jgħid li kieku Malta ma titlifx il-miljuni fis-sena minħabba l-korruzzjoni l-pajjiż ikollu aktar x’jonfoq fuq proġetti oħra.

Delia ġie intervistat minn Francesco Catania ta’ NET News.