Filmat: Skiet itarrax minn Robert Abela dwar il-Vitals – Delia

Messagg tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia

Messagg tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia

Posted by Partit Nazzjonalista on Thursday, July 30, 2020

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm skiet itarrax mill-PM Robert Abela dwar it-trasferiment ta’ tliet sptarijiet pubbliċi lill-kumpanija Vitals Global Healthcare.

Delia qal dan f’diskors fuq il-midja tal-partit tiegħu. Qal li fil-kwistjoni tal-isptarijiet il-Gvern “tkellem mal-barranin bil-moħbi minn qabel ma beda l-proċess.”

Kompla jgħid kif Abela baqa’ sieket anke wara l-pubblikazzjoni tal-ewwel parti tar-rapport kritiku għall-aħħar tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar il-kwistjoni.

Delia fakkar fil-frontliners li għadhom qed jiġġieldu kontra l-pandemija. Qal li jekk Malta ma jkollhiex poplu f’saħħtu ma jistax ikollha ekonomija b’saħħitha.

Fakkar ukoll fi kliem il-Prim Ministru Robert Abela meta qal li l-“mewġ qiegħed fil-baħar”. Ikkritika dak li ddeskriva bħala deċiżjonijiet mgħaġġla li mhumiex ippruvati. Qal li t-tobba u l-professjonisti tas-saħħa qed jerġgħu jappellaw lin-nies biex josservaw ir-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa. Semma’ wkoll li baqa’ bla risposta.