Filmat: Meta niġru bla direzzjoni rridu nbiddlu l-mod tagħna – Delia

Read in English.

Seminar dwar Jum il-Haddiem

Seminar dwar Jum il-Haddiem

Posted by Partit Nazzjonalista on Friday, May 1, 2020

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li f’dan iż-żmien tal-pandemija n-natura qed twassal il-messaġġ li meta wieħed jiġri bla direzzjoni wieħed irid ibiddel il-mod tiegħu.

Waqt seminar organizzat mill-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem Delia qal li l-ħaddiem Malti f’kull jum tas-sena juri li huwa ħaddiem li jixraqlu tifħir u ringrazzjament.

Delia qal li din is-sena, l-ġurnata li fiha huwa ċċelebrat il-haddiem qed tiġi ċċelebrata f’ċirkostanzi straordinarji.

“Dan meta fl-istess ħin li qegħdin niġġieldu virus li jattakka s-sistema respiratorja tagħna, qegħdin nirreġistraw tnaqqis sostanzjali fil-livell tat-tniġġis fl-arja. B’dan kollu d-dinja tagħna qed tgħidilna li wasal iż-żmien għal rivoluzzjoni ġdida,” qal Delial.

Adrian Delia tkellem dwar kif il-kejl ekonomiku m’għandux jibqa’ biss fuq is-surplus u l-GDP imma għandu jkun ukoll fuq il-benessere tal-persuna u l-istil ta’ ħajja tal-ħaddiema.

“Dan meta nisimgħu lill-Gvern jitkellem fuq in-numri imbagħad il-ħaddiema u l-familji tagħhom ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja b’impatt negattiv fuq il-livell tal-għajxien tagħhom,” saħaq Delia.

Spjega li jrid isir aktar investiment fil-ħaddiema fis-settur mediku.