Filmat: Daniel Micallef ikkonfermat Deputat Mexxej tal-PL

Read in English.

Il-Perit Daniel Micallef ġie kkonfermat bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista.

Il-votazzjoni għall-konferma tal-pożizzjoni tiegħu saret illum bejn id-9am u t-3pm. Il-votazzjoni f’Għawdex għalqet fit-3pm.

B’kollox setgħu jivvutaw 759 delegati tal-PL. Minn dawn 656 tefgħu l-vot tagħhom – turnout ta’ 86.4%. Micallef kien l-uniku kandidat li kkontesta għall-pożizzjoni.

Mill-voti, Micallef akkwista 634 voti favurih u 13 kontra. Kien hemm 3 astensjonijiet u 6 voti invalidi.

Il-kariga ta’ Deputat Mexxej qabel kienet okkupata minn Chris Cardona. Cardona rreżenja wara li saru allegazzjonijiet dwaru b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.