Filmat: X’se jfissru għalik il-miżuri ġodda?

Read in English.

X’se jfissru għalik il-miżuri ġodda? Newsbook.com.mt se jtella’ programm speċjali b’rabta mal-miżuri ġodda li tħabbru dalgħodu mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, bil-għan li tiġi kkontrollata aħjar l-imxija tal-coronavirus f’Malta.

Il-programm, li se jixxandar live fuq Newsbook.com.mt fis-1pm u ppreżentat minn Fr Joe Borg u mill-Editor-in-Chief ta’ Newsbook Sylvana Debono, se jinkludi interventi minn persuni f’oqsma differenti:

  • Fr Andrea Zaffarese mill-Arċidjoċesi ta’ Malta: Kif se jiġu affettwati l-quddies u l-funerali?
  • Dr Martin Balzan mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija: It-tobba kuntenti bil-miżuri? Se jwaqqfu l-azzjonijiet industrijali?
  • Josef Vella mill-UĦM: X’tip ta’ sfidi qed jistennew? Kif se jippreparaw għalihom?
  • Joseph Farrugia mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA): Sidien ta’ negozji kif se jintlaqtu?
  • Dr Tanya Melillo, Konsulent għas-Saħħa Pubblika tispjega l-miżuri fid-dettall

Jekk għandek xi mistoqsijiet tista’ tibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt