Filmat: Chris Fearne fuq Newsbook.com.mt

Intervistat minn Fr Joe Borg

Read in English.

17:07 "Jekk ir-reputazzjoni ta' Malta nġibuha fejn jixirqilha nkun għamilt suċċess"
Charmaine Attard
17:06 "Jgħidu li jiena strett u kliniku. Personalment inħobb niċċajta ħafna, niekol, insajjar, dilettant tal-inbid. I'm a jolly person. Bniedem strett, onest, ma ndurx mal-lewża"
Charmaine Attard
17:05 Dwar il-familja tiegħu: "It-tfal tiegħi huma adulti: perit, spiżjar u student universitarju. Il-mara tabiba u tappoġġjani. Mhix it-tip ta' mara li tkun miegħi nkun fejn inkun."
Charmaine Attard
17:03 Xi stil se jmexxi bih Chris Fearne? "L-istil tiegħi hu – jiena surgeon, xjentist, nemmen f'targets, nemmen ħafna li wieħed jagħti KPIs, nara ħafna li wieħed għandu jkollu protokols. Nifhem li fil-politika trid tirbaħ l-imħuħ u l-qlub, imma l-istil tiegħi huwa r-riżultati mhux wegħdi"
Charmaine Attard
17:00 Chief of Staff: "Ma rridx Chief of Staff għax ma rridx li xi ħadd jieħu deċiżjonijiet f'ismi u nkun responsabbli jien. Ma rridx li jiġrili bħalma ġralu Joseph Muscat. Ma nixtieqx nerġa' nara l-istess sitwazzjoni fil-partit u fil-pajjiż. Importanti li jekk xi ħadd mhux tajjeb is-sistema ma tħallihx jibqa'".
Charmaine Attard
16:59 Ftehim dwar it-3 sptarijiet: "Jien kont il-persuna li tlabt lill-NAO biex dan jinvestiga. Għaddejjin il-proċeduri, suppost dalwaqt il-konklużjonijiet. Li l-Awditur Ġenerali jdum 3 snin biex ilesti investigazzjoni, mhux sew. Dan għandu jsir f'temp ta' 6 xhur".
Charmaine Attard
16:58 Chris Cardona: "Li Ministru mar f'burdell, mhux ħa ngħidlek li għamel sew jekk mar"
Charmaine Attard
16:56 Konrad Mizzi: "Mizzi ma kienx diskuss fl-amministrazzjoni tal-PL bħal Keith Schembri. Issemma f'ħafna affarijiet imma s'issa għadu m'hemm xejn ippruvat. Jekk ikun hemm imbagħad naraw"
Charmaine Attard
16:53 Kummissjoni Venezja: "Jinħatar Prosekutur Pubbliku, li ma jistax jibdlu l-Gvern waħdu, l-Oppożizzjoni trid tkun involuta wkoll"
Charmaine Attard
16:51 Governanza tajba: "Fejn ikolli suspett ta' xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħi naġixxi immedjatament anke jekk nitlef il-voti. Dejjem se jkun hemm xi ħadd li jipprova jgħawweġ is-sistema, imma se nipprova nimplimenta riformi fl-ewwel 100 jum"
Charmaine Attard
16:48 Ewtanasja f'Malta taħt Chris Fearne? "Li tinstiga l-mewt ma naqbilx magħha. Xi kultant isiru sforzi biex tittawwal il-ħajja. imma hi importanti mewta b'dinjità 'l bogħod mill-uġigħ u minn interventi esaġerati. Bżonn diskussjoni fil-pajjiż anke ma' dawk mill-aspett tal-etika. Nixtieq li ndaħħlu li jkun hemm mewta b'dinjità."
Charmaine Attard
16:47 Abort f'Malta taħt Chris Fearne? "Le"
Charmaine Attard
16:46 "Irrid nara miżuri biex il-pensjonijiet jiżdiedu b'rata iktar mgħaġġla"
Charmaine Attard
16:45 "Anke jekk ikun hemm wieħed f'riskju ta' faqar, għalija mhux aċċettabbli"
Charmaine Attard
16:44 "Waqt li veru min hu sinjur ħafna qed ikompli jsir iżjed sinjur, il-paga ta' kulħadd qed tiżdied.
Charmaine Attard
16:43 "Irridu nżommu ċertu deċiżjonijiet dwar min jiġi Malta biex jaħdem jew jgħix"
Charmaine Attard
16:41 Dwar it-22 tifel u tifla li se jispiċċaw deportati mill-pajjiż, Fearne jgħid: "It-tfal qatt m'għandhom jinqabdu fi kwistjonijiet politiċi jew amministrattivi. Nifhem li se jingħataw dritt li jappellaw id-deċiżjoni u nifhem li l-appell għandu jintrebaħ. Mhux qed nipprevedi imma hemm il-possibilità li tissolva b'dan il-mod".
Charmaine Attard
16:38 "Irrid nara li l-ħaddiema tal-kuntrattur jieħdu l-istess paga"
Charmaine Attard
16:38 "Il-missjoni tiegħi hi li neradikaw il-faqar"
Charmaine Attard
16:37 "Il-kuxjenza soċjali għalija hija li nkun f'pożizzjoni li nibdel il-ħajja tan-nisa"
Charmaine Attard
16:36 Chris Fearne jgħid li l-valuri li twaqqaf il-Partit Laburista 100 sena ilu għadhom jgħoddu għal-lum.
Charmaine Attard
16:35 Se nkunu qed nagħtukom kwotazzjonijiet li jispikkaw waqt l-intervista li Fr Joe Borg se jagħmel ma' Chris Fearne. Dalwaqt…
Charmaine Attard

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jinsab LIVE fuq Newsbook.com.mt iwieġeb l-għadd ta’ mistoqsijiet li dan is-sit irċieva mill-qarrejja fl-aħħar jiem.

Chris Fearne li qed jaspira li jkun Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru fi ftit ġimgħat oħra, qed jiġi intervistat minn Fr Joe Borg waqt programm speċjali fuq Newsbook.com.mt.

Għas-sejħa ta’ Newsbook kienu għadd ta’ membri tal-pubbliku li kkontribwew għal mijiet ta’ mistoqsijiet dwar diversi suġġetti li jinkludu governanza tajba u r-rispett lejn il-liġi.

Bħal-lum ġimgħa Newsbook.com.mt se jkun qed jintervista wkoll lil Dr Robert Abela, li wkoll qed jikkontesta għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.