Filmat: Ċans li ssaqsi lill-Gvern dwar it-trasport b’xejn għall-iskola

Q&A Live Session – Free Transport to all Students

Posted by MaltaGov on Thursday, September 13, 2018

Il-Gvern qed jagħti lill-pubbliku l-opportunità li jistaqsi dwar l-iskema tat-trasport b’xejn għall-iskola. Preżenti għad-diskussjoni kien hemm is-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri, id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni Maria Galea, u l-Kap tat-Taqsima Tal-Loġistika Edukattiva u Appoġġ Roslynn Vella.

Waqt id-diskussjoni ħareġ li hemm distanza minima ta’ kilometru ‘l bogħod mill-iskola biex wieħed ikun jista’ japplika għat-trasport b’xejn. Dan diġà kien isir fl-iskema tat-trasport għall-iskejjel tal-Gvern u issa qed tiġi estiża għall-iskema tat-trasport għall-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti.

Fabri qal li l-prinċipju tas-servizz għandu jibqa’ kif kien ikun fis-snin preċedenti. Qal li jekk per eżempju student kien jinġabar minn quddiem il-bieb is-sena l-oħra, l-operatur m’għandux jitlob għal ħlas aktar biex isir l-istess din is-sena.

Se jkun hemm xi tip ta’ penali għall-ġenituri li ma jridux jibgħatu lit-tfal kmieni?

Fabri qal li wieħed m’għandux jabbuża minn dan is-servizz offrut b’xejn. Qal li l-Gvern se jkun qed jieħu passi fil-konfront ta’ każijiet fejn tfal li jkunu applikaw għas-servizz ma jagħmlux użu minnu.