Filmat: Il-Kaċċa fir-Rebbiegħa f’Malta għall-PE?

Il-MPE Olandiża Anja Hazekamp ħabbret li se tkun qed tistaqsi lill-Parlament Ewropew biex il-Kaċċa fir-Rebbiegħa tiġi diskussa fil-plenarja li jmiss.
Hazekamp qalet li “nafu li għasafar protetti qed jinqatlu, nafu li l-liġijiet mhux qed jiġu infurzati u dis-sena l-Gvern Malti mexxa l-kaċċa fir-rebbiegħa biex taħbat mal-migrazzjoni tal-gamiema.
Ikkonkludiet billi qalet li din it-tip ta’ kaċċa tmur kontra d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Għasafar.
L-Ewroparlamentari qalet dan f’attività li uffiċjali mill-BirdLife Malta attendew għaliha.
Huma wrew filmati tal-ambjentalisti Maltin fl-għelieqi Maltin fejn ikun hemm il-kaċċaturi li fih spjegaw il-mod ta’ kif issir il-kaċċa fir-rebbiegħa f’Malta, permezz ta’ apparat elettroniku li jattira l-għasafar viċin tal-kaċċaturi. Minn Birdlife Malta tkellem Nicholas Barbara.
Fl-attività tkellem ukoll Chris Packham, kittieb, preżentatur u attivist li ġie Malta numru ta’ drabi. Jitkellem b’passjoni dwar it-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-għasafar fl-Ewropa filwaqt li jsemmi speċi estinti. Jgħid li kawża ta’ kaċċa eċċessiva, ċertu speċi m’għadhomx jeżistu.
Id-diskussjoni bit-tema il-Kaċċa fir-Rebbiegħa f’Malta, flimkien ma’ derogi oħra li qed jiġu applikati mid-Direttiva Ewropea tal-Għasafar kienet organizzata mill-MEP Anja Hazekamp mill-partit tal-GUE/NGL fil-Parlament Ewropew.

L-ewwel parti tad-diskussjoni tista' ssegwiha hawnhekk:

It-tieni parti tad-diskussjoni: