Filmat: Tfajjarx dati ta’ meta se noħorġu mill-pandemija – Grech lil Abela

Nissaħħu Flimkien attività politika

Nissaħħu Flimkien attività politika fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Posted by Partit Nazzjonalista on Sunday, December 6, 2020

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex jieqaf ifajjar dati u xhur ta’ meta l-pajjiż se jkun qed joħroġ mill-pandemija. Hu qal dan fid-diskors tiegħu tal-lum f’attività politika li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Grech sostna li kulħadd irid iħares b’ċertu tama lejn il-futur u jilqa’ l-aħbar li diversi vaċċini qed jgħaddu minn testijiet rigorużi. Sostna li rridu nħarsu ‘l quddiem biex il-vaċċin ikun disponibbli fil-pajjiż mill-aktar fiss possibbli. Hu kompla billi appella lill-Prim Ministru biex jieħu ħsieb u ma jirrepetix l-iżball li jagħmel is-sajf li għadda meta “ta l-impressjoni li kollox għadda.” Insista li l-pubbliku għandu jkun jaf il-verità u b’hekk il-PM għandu “jieqaf ifajjar ix-xhur”. Insista li lanqas l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa mhi qed tfajjar dati ta’ meta d-dinja se toħroġ mill-pandemija.

Grech kompla biex talab lil Abela jara li jikkonsulta mal-unions, tobba u esperti, biex il-pjan li qed jitfassal ikun tassew l-aħjar wieħed għall-ġid tas-saħħa ta’ kulħadd. Sostna li mhux biżejjed li kuljum jew kull ftit jiem il-Gvern jagħti biċċa informazzjoni, imma hemm bżonn ikun ippubblikat pjan sħiħ tal-passi li jmiss. “Ħu ħsieb lit-tobba, il-GPs għadhom ikunu minn ta’ quddiem biex jieħdu l-vaċċin,” appella Abela.

Grech sostna s-sentiment tad-diskors tal-Prim Ministru stess fejn appella biex il-poplu jibqa’ viġilanti. Hu sostna kif partikolarment fi żmien il-Milied, il-familji għandhom jaraw li fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom jibqgħu jsegwu dak li qed jgħidu l-awtoritajiet, biex il-pandemija ma tkomplix tikber.

Ifakkar lil Raymond Caruana

Grech fetaħ id-diskors tiegħu tal-lum billi fakkar il-memorja ta’ Raymond Caruana li nqatel bi sparaturi fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fl-1986.

Il-mexxej tal-PN iddeskriva dan il-qtil bħala tebgħa fuq l-istorja tal-pajjiż u traġedja għall-familja tal-vittma, in-nazzjon u l-pajjiż.

“It-tebgħa tfakkarna li meta nħallu l-pika partiġġjana tagħmina, meta nħallu l-pika u r-rabja u l-vjolenza taħkimna, meta nħallu l-impunità tirrenja, hemmhekk jista’ jkollok dak li filfatt ġara,” qal Grech.

“Id-dispjaċir u d-dieqa maż-żmien kibret u jien ngħid li r-rabja kibret għax illum, ħafna u ħafna snin wara dan huwa wieħed mid-delitti koroh li għadna ma nafux id-dettalji dwaru. Fl-istess linja huma dak ta’ Karin Grech u delitti oħrajn li b’xi mod huma relati mal-politika,” qal Grech.

Irrid riforma mhux limitata għal-liġi tad-divorzju imma fil-liġijiet li jaffettwaw it-tfal u l-ġenituri. Aħna qegħdin…

Posted by Bernard Grech on Sunday, December 6, 2020