Newsline: Bedingfield u Stellini jiddibattu waqt Newsline

Il-programm Newsline tal-lum is-Sibt 10 ta' Frar se jkollu bħala mistieden lil Glenn Beddingfield mill-Partit Laburista u lil David Stellini mill-Partit Nazzjonalista sabiex jiddiskutu l-pożizzjoni tal-partit tagħhom dwar il-ftehim tal-isptarijiet Maltin kif ukoll dwar il-liġi tal-użu tal-kannabis. 
Wara se nitkellmu ma' Elise Harris, Rome Correspondent tal-Catholic News Agency, dwar il-missjoni tal-Arċisqof Malti Charles J Scicluna fiċ-Ċili relatata ma' abbużi sesswali.
Se naraw ukoll x'kienu l-kummenti tal-Arċisqof dwar it-tattiċi li qed jiġu organizzati kontra l-midja tal-Knisja. 
Imbagħad fit-tieni parti tal-programm, nsegwu intervista ma' vittma tal-vjolenza domestika li llum waqqfet il-grupp SOAR biex tagħti saħħa lil vittmi oħra. 
Fl-aħħar, nisimgħu aktar dwar studju riċenti fuq il-vjolenza domestika u l-intoppi/barrieri li jsibu ma wiċċhom dawk li jirrappurtaw dawn il-każi. Fuq dan nitkellmu ma' Dr. Marceline Naudi. 
Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt fl-10am fuq RTK 103FM.